Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Brit Air SA vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-289/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brit Air SA

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) u 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-somma f’daqqa kkalkolata f’termini ta’ perċentwal tad-dħul mill-bejgħ annwali mwettaq mil-linji ġestiti permezz ta’ konċessjoni u mħallsa lura minn kumpannija tal-ajru li ħarġet għan-nom ta’ kumpannija tal-ajru oħra, biljetti li fil-frattemp jiskadu tikkostitwixxi kumpens mhux taxxabbli mħallas lil din tal-aħħar, li jagħmel tajjeb għad-dannu li jagħti lok għal kumpens subit minħabba l-mobilizzazzjoni minn din tal-aħħar tal-mezzi ta’ trasport tagħha jew somma li tikkorrispondi għad-dħul minn biljetti maħruġa u li fil-frattemp ikunu skadew?Fil-każ li din is-somma titqies bħala li tikkorrispondi għall-prezz ta’ biljetti maħruġa u skaduti, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħruġ tal-biljett jista’ jiġi assimilat mal-eżekuzzjoni effettiva tas-servizz tat-trasport u li s-somom miżmuma minn kumpannija tal-ajru meta l-proprjetarju tal-biljett tal-ajru ma jkunx uża l-biljett tiegħu u meta dan tal-aħħar ikun skada huma suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud?F’dan il-każ, it-taxxa miġbura għandha titħallas lura lit-Teżor mill-kumpannija Air France jew mill-kumpannija Brit Air mal-ġbir tal-prezz, anki meta l-vjaġġ ma jistax jitwettaq minħabba l-klijent?

____________

____________

1     Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mi