Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta' Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundeskommunikationssenat - l-Awstrija) - Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk

(Kawża C-283/11) 

(Direttiva 2010/13/UE - Provvista ta' servizzi tal-media awdjoviżiva - Artikolu 15(6) - Validità - Avvenimenti ta' interess pubbliku qawwi li jkunu s-suġġett ta' drittijiet esklużivi ta' xandir bit-televiżjoni - Dritt ta' aċċess tax-xandara bit-televiżjoni għal tali avvenimenti bil-għan li jwettqu rapporti ta' aħbarijiet fil-qosor - Limitazzjoni tal-eventwali kumpens finanzjarju tal-proprjetarju tad-dritt esklużiv għall-ispejjeż addizzjonali sostnuti sabiex jingħata dan l-aċċess - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 16 u 17 - Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundeskommunikationssenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Österreich GmbH

Konvenut: Österreichischer Rundfunk

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundeskommunikationssenat - Kompatibbiltà tal-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, p. 1) mal-libertà tan-negozju u mad-dritt għall-proprjetà kif iggarantiti fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Dritt għal kull xandar bit-televiżjoni li jibbenefika, bil-għan li jwettaq rapporti tal-aħbarijiet fil-qosor, minn aċċess għal avvenimenti ta' interess pubbliku qawwi li huma trażmessi fuq bażi esklużiva - Limitazzjoni tal-eventwali kumpens finanzjarju għall-ispejjeż addizzjonali sostnuti sabiex jingħata dan l-aċċess - Proporzjonalità

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domanda preliminari magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista' jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-'Servizzi tal-Media awdjoviżiva').

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.