Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-31 ta’ Lulju 2017 – Valériane SNC vs Ministre de l’Action et des Comptes Publics

(Kawża C-460/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valériane SNC

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes Publics

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-VAT tas-17 ta’ Mejju 1977 1 , liema dispożizzjonijiet ġew essenzjalment riprodotti fl-Artikolu 168 tad-Direttiva, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 2 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi rrifjutat id-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas, mit-taxxa fuq il-valur miżjud li hija tkun responsabbli għaliha minħabba t-tranżazzjonijiet proprji tagħha, it-taxxa kkalkulata fuq fatturi li jikkorrispondu għal oġġetti jew għal provvisti ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit mill-amministrazzjoni fiskali li ma ġewx effettivament ipprovduti lilha, hemm lok, f’kull każ, li jiġi mistħarreġ hekk huwiex stabbilit li din kienet taf jew kellha tkun taf li din it-tranżazzjoni kienet tifforma parti minn frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u li din il-frodi twettqet bl-inizjattiva tal-persuna li ħarġet il-fattura, tad-destinatarju tagħha jew ta’ terzi?

____________

1     Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

2     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).