Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Proċedura kriminali kontra Ivan Gavanozov

(Kawża C-324/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Proċedura kriminali kontra

Ivan Gavanozov

Domandi preliminari

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41/UE, dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 , jipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li ma jippermettux, la permezz ta’ rikors dirett kontra d-deċiżjoni ġudizzjarja u lanqas permezz ta’ talba separata għad-danni, li jiġu kkontestati r-raġunijiet dwar il-mertu tad-deċiżjoni ġudizzjarja li toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew intiż sabiex titwettaq tfittxija fi proprjetà immobbli residenzjali u fi proprjetà immobbli kummerċjali u sabiex jitwettaq sekwestru ta’ oġġetti partikolari, kif ukoll sabiex jinżamm smigħ ta’ xhieda?

L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/14 jagħti, b’mod dirett u immedjat, lill-persuna kkonċernata d-dritt li tikkontesta d-deċiżjoni ġudizzjarja li toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew, anki jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix rimedju proċedurali f’dan is-sens?

Il-persuna li tkun is-suġġett ta’ akkuża kriminali hija, fid-dawl tal-Artikolu 14(2) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a) u mal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2014/41, parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 14(4) tal-istess direttiva, f’sitwazzjoni fejn il-miżura ta’ ġbir ta’ provi tkun tikkonċerna lil terz?

Il-persuna li tgħix fi jew li tuża proprjetà immobbli fejn jitwettqu t-tfittxija u s-sekwestru jew il-persuna li ser tinstema’ bħala xhud hija parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 14(4), moqri flimkien mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/41?

____________

1 ĠU 2014, L 130, p. 1.