Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-95/12) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Schwarze, J. Möller u J. Kemper, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-112/05) dwar il-ksur tal-Artikolu 56(1) KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, b’mod eċċezzjonali, maġġoranza ta’ iktar minn 80 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen SA b’mod li tippermetti lil-Land Niedersachsen, li għandu 20 % ta’ dawn l-azzjonijiet, li jimblokka l-imsemmija deċiżjonijiet - Kalkolu tas-sanzjonijiet: pagament akkumulat ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 118, 21.04.2012.