Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-543/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, L. Nicolae, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, p. 1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva ;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 54 639.36 kuljum dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża odjerna għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/61/UE ;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/61/UE li jadottaw il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016. Il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-dispożizzjoni.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni pproponiet li r-Renju tal-Belġju jiġi kkundannat għal penalità ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 54 639.36.

____________