Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – UAB “Spikaˮ, AB “Senoji Baltijaˮ, UAB “Stekutisˮ, UAB “Prekybos namai Aistraˮ vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos

(Kawża C-540/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Spikaˮ, AB “Senoji Baltijaˮ, UAB “Stekutisˮ, UAB “Prekybos namai Aistraˮ

Konvenut: Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos

Partijiet oħra: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, BUAB “Sedijaˮ, UAB “Starkisˮ, UAB “Baltijos šprotaiˮ, UAB “Ramsunˮ, AB “Laivitėˮ, UAB “Baltlantaˮ, UAB “Strimelėˮ, V. Malinausko gamybinė-komercinė firma “Stilmaˮ, UAB “Banginisˮ, UAB “Monisticoˮ, UAB “Riknedaˮ, UAB “Baltijos jūraˮ, UAB “Grinvitaˮ, BUAB “Baltijos žuvysˮ

Domanda preliminari

L-Artikoli 17 u 2(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, fid-dawl tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru jeżerċita d-diskrezzjoni prevista fl-Artikolu 16(6), huwa jkun ipprojbit milli jagħżel metodu ta’ allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd allokati lilu li jikkawża kundizzjonijiet inugwali ta’ kompetizzjoni għal operaturi ekonomiċi li jwettqu attività f’dan il-qasam minħabba kwantità ikbar ta’ opportunitajiet ta’ sajd, anki jekk dak il-metodu jkun ibbażat fuq kriterju trasparenti u oġġettiv?

____________

1 ĠU 2013, L 354, p. 22.