Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – Openbaar Ministerie vs Sławomir Andrzej Zdziaszek

(Kawża C-271/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Sławomir Andrzej Zdziaszek

Domandi preliminari

Proċedura

li fil-kuntest tagħha l-qorti tal-Istat Membru emittenti tiddeċiedi li takkumula pieni ta’ priġunerija distinti li l-persuna kkonċernata tkun diġà ġiet ikkundannata għalihom b’mod definittiv f’piena waħda ta’ priġunerija u/jew dwar l-emenda ta’ piena ta’ priġunerija akkumulata li l-persuna kkonċernata tkun ġiet preliminarjament ikkundannata għaliha b’mod definittiv u

li fil-kuntest tagħha din il-qorti ma teżaminax iżjed il-kwistjoni tal-ħtija,

bħalma hija l-proċedura li wasslet għas-sentenza kumulattiva [sentenza li tiddeċiedi piena globali] tal-25 ta’ Marzu 2014, tikkostitwixxi “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI 1 ?

L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’:

f’każ fejn il-persuna mitluba ma tkunx dehret personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni,

iżda fejn, la fil-MAE [mandat ta’ arrest Ewropew], u lanqas fl-informazzjoni kumplimentari mitluba abbażi tal-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma indikat l-applikabbiltà ta’ waħda jew iktar miċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 skont il-formulazzjoni ta’ waħda jew iktar mill-kategoriji msemmija fil-punt 3 tal-parti (d) tal-formula MAE,

tikkonkludi, għal din ir-raġuni, li ebda waħda mill-kundizzjonijiet tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 4a(1) u tal-Artikolu 4a(1)(a) sa (d) tad-Deċiżjoni Qafas, ma hija ssodisfatta u tirrifjuta, għal din ir-raġuni, l-eżekuzzjoni tal-MAE?

Appell

li fih ikun sar eżami fuq il-mertu u

li ta lok għal kundanna (ġdida) tal-persuna kkonċernata u/jew il-konferma tal-kundannna deċiża fl-ewwel istanza,

filwaqt li l-MAE jirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-imsemmija kundanna,

jikkostitwixxi “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?

____________

1 Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)