Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG

(Kawża C-287/11 P)1

(Appell – Akkordji – Suq Ewropew – Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Multi – Ksur uniku, kumpless u kontinwu – Waqfien tal-ksur – Tkomplija tal-ksur minn uħud mill-parteċipanti – Reċidiva)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG (rappreżentant: R. Wesseling, advocaat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 - Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni (T-385/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP7F 1/38.121 - Attrezzaturi), dwar akkordju li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet u tal-ammonti ta’ skonti u ta’ roħs, fuq l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet, fuq it-tqassim tal-klijenti u fuq l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali, fis-suq Ewropew tal-attrezzaturi tar-ram, b’mod partikolari tal-liga tar-ram, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

L-appell prinċipali huwa miċħud.

Ma hemmx lok li jiġi eżaminat l-appell inċidentali.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 238, 13.08.2011.