Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-9 ta' Diċembru 2011 - Karl Berger vs Freistaat Bayern

(Kawża C-636/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Karl Berger

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru°178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti l-opportunità li, fit-tagħrif indirizzat liċ-ċittadini, jissemma l-isem tal-ikel jew tal-għalf għall-annimali kif ukoll dak tal-impriża li taħt isimha jew taħt l-isem kummerċjali tagħha jkun ġie ffabbrikat jew ittrasformat jew ikun tqiegħed fis-suq l-ikel jew l-għalf, f'sitwazzjoni fejn ikel li ma huwiex ta' ħsara għas-saħħa iżda ma huwiex tajjeb għall-konsum uman, b'mod partikolari għaliex ikun infettat u jkun tqiegħed jew kien tqiegħed fis-suq fi kwantitajiet li ma humiex negliġibbli jew f'sitwazzjoni fejn, minħabba n-natura partikolari tiegħu, dan l-ikel ikun tqiegħed fis-suq biss fi kwantitajiet żgħar, iżda fuq perjodu relativament twil?

Fil-każ ta' risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti li kieku l-fatti jkunu seħħew qabel l-1 ta' Jannar 2007, iżda f'mument meta l-liġi nazzjonali tkun diġà ġiet adattata għar-regolament iċċitat iktar 'il fuq?

____________

1 - Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p 463)