Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-498/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-għeluq mill-iktar fis possibbli, skont l-Artikoli 7(g) u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), tal-landfills li ma kisbux, skont l-Artikolu 8 tal-istess direttiva, awtorizzazzjoni biex ikomplu joperaw jew billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti previsti fl-iċċitata direttiva tal-landfills li kisbu awtorizzazzjoni biex ikomplu joperaw, bla ħsara għar-rekwiżiti previsti fil-punt 1 tal-Anness I tal-istess direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) u tal-Artikolu 14(ċ) ta’ din id-direttiva, fir-rigward tal-landfills ta’: 1) Avigliano (Lok. Serre Le Brecce); 2) Ferrandina (Lok. Venita); 3) Genzano di Lucania (Lok. Matinella); 4) Latronico (Lok. Torre); 5) Lauria (Lok. Carpineto); 6) Maratea (Lok. Montescuro); 7) Moliterno (Lok. Tempa La Guarella); 8) Potenza (Lok. Montegrosso-Pallareta: landfill li l-għeluq tagħha kien previst għax-xahar ta’ Settembru 2016); 9) Potenza (Lok. Montegrosso-Pallareta), landfill iddikjarata bħala li qatt ma ntużat; 10) Rapolla (Lok. Albero in Piano); 11) Roccanova (Lok. Serre); 12) Sant’Angelo Le Fratte (Lok. Farisi); 13) Campotosto (Lok. Reperduso); 14) Capistrello (Lok. Trasolero); 15) Francavilla (Valle Anzuca); 16) L’Aquila (Lok. Ponte delle Grotte); 17) Andria (D’Oria G.& C. s.n.c); 18) Canosa (CO.BE.MA); 19) Bisceglie (CO.GE.SER); 20) Andria (F.lli Acquaviva); 21) Trani (BAT-Igea s.r.l.); 22) Torviscosa (Società Caffaro);

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-għeluq mill-iktar fis possibbli, skont l-Artikoli 7(g) u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill], tal-landfills li ma kisbux, skont l-Artikolu 8 tal-istess direttiva, awtorizzazzjoni biex ikomplu joperaw, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) ta’ din id-direttiva, fir-rigward tal-landfills ta’: 23) Atella (Lok. Cafaro); 24) Corleto Perticara (Lok. Tempa Masone); 25) Marsico Nuovo (Lok. Galaino); 26) Matera (Lok. La Martella); 27) Pescopagano (Lok. Domacchia); 28) Rionero in Volture (Lok. Ventaruolo); 29) Salandra (Lok. Piano del Governo); 30) San Mauro Forte (Lok. Priati); 31) Senise (Lok. Palomabara); 32) Tito (Lok. Aia dei Monaci); 33) Tito (Lok. Valle del Forno); 34) Capestrano (Lok. Tirassegno); 35) Castellalto (Lok. Colle Coccu); 36) Castelvecchio Calvisio (Lok. Termine); 37) Corfinio (Lok. Cannucce); 38) Corfinio (Lok. Case querceto); 39) Mosciano S. Angelo (Lok. Santa Assunta); 40) S. Omero (Lok. Ficcadenti); 41) Montecorvino Pugliano (Lok. Parapoti); 42) San Bartolomeo in Galdo (Lok. Serra Pastore); 43) Trivigano (ex Cava Zof); 44) Torviscosa (Lok. La Valletta);

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill] jirrigwarda l-hekk imsejħa landfills “eżistenti”, jiġifieri l-landfills li kienu diġà kisbu permess jew li kienu diġà qed joperaw qabel is-16 ta’ Lulju 2001, li kien it-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE fid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva. Fir-rigward ta’ tali landfills, l-Artikolu 14 tad-Diretiva 1999/31/KE jipprevedi li, sas-16 ta’ Lulju 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom iwettaq jew it-tlestija tax-xogħlijiet neċessarji għall-kondizzjonament tal-landfills sabiex dawn isiru konformi mar-rekwiżiti stabbilitti fid-direttiva (Artikolu 14(ċ) tad-Direttiva) jew inkella l-għeluq definittiv tal-landfill (it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva).

Il-Kummissjoni tqis li mill-elementi pprovduti mir-Repubblika Taljana fil-kuntest tal-fażi prekontenzjuża tal-proċedura jirriżulta li l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ obbligi ma ġie ssodisfatt fir-rigward ta’ erba’ u għerbgħin landfill eżistenti, bil-konsegwenza li, fir-rigward ta’ tali landfills, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) u l-Artikolu 14(ċ) tad-Direttiva 1999/31/KE.

____________