Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-503/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat, J. Tomkin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikkjara li, billi ppermettiet l-użu ta’ karburant immarkat għall-provvista ta’ karburant ta’ dgħajjes privati għar-rikreazzjoni, ir-Renju Unit kiser l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 95/60/KE 1

tikkundanna lil Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-permess li jinbieh karburant immarkat għal dgħajjes privati bl-iskrejjen għar-rikreazzjoni huwa fundamentalment inkompatibbli mad-Direttiva 95/60/KE (“Direttiva fuq l-immarkar fiskali”). L-obbligu li jiġi mmarkat il-karburant li kien ġie suġġett għal rata mnaqqsa ta’ dazju hija intiża speċifikament sabiex jiġi żgurat li dawk il-karburanti jiġu distinti b’faċilità mill-karburant li għalih tħallas id-dazju kollu. Madankollu, l-effett tal-miżura nazzjonali huwa li fejn karburant immarkat jinstab fit-tank ta’ dgħajsa privata għar-rikreazzjoni li kienet ingħata l-provvista fir-Renju Unit, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’riferiment għall-immarkar, jekk dak il-karburant użat kienx ġie suġġett għal rata sħiħa jew imnaqqsa ta’ dazju.

____________

1 Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE, tas-27 ta' Novembru 1995, dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 289).