Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-23 ta’ Awwissu 2017 – Ministère public vs Marin-Simion Sut

(Kawża C-514/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministère public

Konvenut: Marin-Simion Sut

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru 2002/5841 jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jistax jiġi applikat għal fatti li għalihom ġiet deċiża piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minn qorti ta’ Stat emittenti meta dawn l-istess fatti huma punibbli fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni biss b’multa, li jimplika, skont id-dritt intern tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, impossibbiltà li tiġi eżegwita l-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u dan għad-detriment tal-integrazzjoni soċjali mill-ġdid tal-persuna kkundannata u r-rabtiet familjari, soċjali jew ekonomiċi tagħha u oħrajn?

____________

1 Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)