Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Christa Plessers vs NV PREFACO u Belgische Staat

(Kawża C-509/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christa Plessers

Konvenuti: NV PREFACO u Belgische Staat

Domandi preliminari

Id-dritt tal-għażla mogħti liċ-ċessjonarju fl-Artikolu 61(4) tal-wet betreffende de continuïteit van de ondernemingen (liġi relatata mal-kontinwità tal-impriżi) tal-31 ta’ Jannar 2009 (li sar l-Artikolu 61(3) ta’ din il-liġi), dispożizzjoni li tagħmel parti mill-Kapitolu 4 tat-Titolu 4 ta’ din il-liġi Belġjana li fih hija rregolata r-“riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja”, huwa konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE 1 , tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari mal-Artikoli 3 u 5 ta’ din id-direttiva, sa fejn din ir-“riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja” hija applikabbli bl-għan taż-żamma taċ-ċedent kollu jew parti minnu jew tal-attivitajiet tiegħu?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.