Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom - ir-Renju Unit) – Jessy Saint Prix vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-507/12) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 45 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 7 — Kunċett ta’ ‘ħaddiem’ — Ċittadina tal-Unjoni Ewropea li rrinunzjat għax-xogħol minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji ta’ tqala u mal-effetti tal-ħlas)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jessy Saint Prix

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

fil-preżenza ta’:AIRE Centre

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mara, li tieqaf mix-xogħol jew milli tfittex impjieg minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji tat-tqala tagħha u mal-effetti tal-ħlas, iżżomm il-kwalità ta’ “ħaddiem”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm hija tassumi mill-ġdid ix-xogħol tagħha jew issib impjieg ieħor fi żmien raġonevoli wara t-twelid tal-wild tagħha.

____________

1 ĠU C 26, 26.01.2013.