Language of document : ECLI:EU:C:2012:498





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑264/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Sanzjoni — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta’ prodotti li jinkludu r-ram — Valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza”

1.                     Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ żnaturament fil-kuntest ta’ kawżi li jikkonċernaw akkordji (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 22-24, 31)

2.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn applikant għall-klemenza — Kwistjoni ta’ fatt (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 45-47)

3.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 61)

4.                     Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(2)) (ara l-punt 65)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011, Kaimer et vs Il-Kummissjoni (T-379/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta’ prodotti li jinkludu r-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza — Ksur tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG u Sanha Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.