Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad - Varna (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Frar 2017 – Komisia za zashtita na potrebitelite vs Evelina Kamenova

(Kawża C-105/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad - Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Komisia za zashtita na potrebitelite

Konvenuta: Evelina Kamenova

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ persuna fiżika, li hija rreġistrata fuq sit internet għall-bejgħ ta’ prodotti u li ppubblikat simultanjament total ta’ tmien avviżi għall-bejgħ ta’ prodotti diversi fuq dan is-sit, hija attività ta’ kummerċjant fis-sens tad-definizzjoni legali li tinsab fl-Artikolu 2(b) u tikkostitwixxi prattika kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 2(d), u taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva skont l-Artikolu 3(1) tagħha?

____________

1 Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).