Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2012 - Jackson International vs UASI - Royal Shakespeare (ROYAL SHAKESPEARE)
(Kawża T-60/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ROYAL SHAKESPEARE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti RSC-ROYAL SHAKESPEARE COMPANY - Raġunijiet relattivi għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark li għandha reputazzjoni - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (KE) - Probabbiltà ta' assoċjazzjoni - Vantaġġ miksub b'mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jackson International Trading Co. Kurt D. Brühl GmbH & Co. KG (Graz, Awstrija) (rappreżentanti: H. G. Zeiner u S. Di Natale, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Royal Shakespeare Company (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Barnett, solicitor u S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Novembru 2009 (Każ R 317/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn The Royal Shakespeare Company u Jackson International Trading Co. Kurt D. Brühl GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Jackson International Trading Co. Kurt D. Brühl GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 100, 17.4.2010.