Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ Lulju 2017 – Human Operator Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-434/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Human Operator Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2015/2349, tal-10 ta’ Diċembru 2015 1 , għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi prattika fl-Ungerija li skontha d-dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li, skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-imsemmija deċiżjoni ta’ implementazzjoni, tipprevedi deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015 hija applikabbli minn din id-data, filwaqt li d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni ma għandha ebda dispożizzjoni dwar l-effett retroattiv jew l-applikabbiltà tagħha, minkejja li l-Ungerija għażlet din id-data bħala d-data tal-bidu għall-applikazzjoni tat-talba tagħha għall-awtorizzazzjoni tal-miżura ta’ deroga?

____________

1 Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2349, tal-10 ta’ Diċembru 2015, li tawtorizza lill-Ungerija biex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 330, p. 53)