Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ April 2017 – X vs Belastingdienst/Toeslagen

(Kawża C-175/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Belastingdienst/Toeslagen

Domandi preliminari

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98, id-“Direttiva dwar ir-ritorn”) flimkien mal-Artikoli 4, 18, 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt tal-Unjoni jeżiġi li appell, fil-każ li d-dritt nazzjonali jipprevedi dan fi proċeduri ta’ kontestatazzjoni ta’ miżura li tinkludi deċiżjoni ta’ ritorn fis-sens tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, ikollu effett sospensiv awtomatiku meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jinvoka l-fatt li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn timplika riskju serju ta’ ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement? Fi kliem ieħor, hemm lok li f’tali sitwazzjoni tiġi eskluża t-tneħħija taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat matul it-terminu għall-preżentata tal-appell jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell, sakemm tingħata deċiżjoni dwaru, mingħajr ma ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun obbligat iressaq talba separata għal dan il-għan?

L-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168, id-“Direttiva dwar il-proċeduri”) flimkien mal-Artikoli 4, 18, 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt tal-Unjoni jeżiġi li appell, fil-każ li d-dritt nazzjonali jipprevedi dan fi proċeduri relatati maċ-ċaħda ta’ talba għal ażil fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/85/KE, ikollu effett sospensiv awtomatiku? Fi kliem ieħor, hemm lok li f’tali sitwazzjoni tiġi eskluża t-tneħħija tal-applikant għall-ażil ikkonċernat matul it-terminu għall-preżentata tal-appell jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell, sakemm tingħata deċiżjoni dwaru, mingħajr ma l-applikant tal-ażil ikkonċernat ikun obbligat iressaq talba separata għal dan il-għan?

____________