Language of document :

Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-808/14, Spanja vs Il-Kummissojni

(Kawża C-114/17 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2016, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-808/14, mhux ippubblikata, EU:T:2016:734 ;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spajna għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla La Mancha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.    Żball ta’ liġi marbut mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, qabel ma dan ġie emendat, u mal-osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan l-artikolu kien jikkonċerna wkoll il-provvista ta’ tagħmir u li ma kien jipprovdi għal ebda obbligu ġdid għar-Rejnu ta’ Spanja.

2.    Żball ta’ liġi marbut mal-istħarriġ tal-Istati Membri fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, kemm fir-rigward tal-ewwel kif ukoll fir-rigward tar-raba’ kriterju stabbilit fis-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415).

3.    Żball ta’ liġi marbut mal-istħarriġ ġudizzjarju tal-kompatibbiltà tal-għajnuna b’mod konformi tal-Artikolu 107(3) TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-miżuri kontenzjuża kienet inkompatibbli mas-suq intern minħabba l-inosservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika.

____________