Language of document : ECLI:EU:C:2007:398

KONKLUŻJONIJIET TA’ L-AVUKAT ĠENERALI

SHARPSTON

ippreżentati fit-28 ta’ Ġunju 2007 1(1)

Kawża C-212/06

Il-Gvern tal-Komunità Franċiża u l-Gvern tal-Vallonja

vs

Il-Gvern Fjamming

“Moviment liberu tal-persuni – Assigurazzjoni għall-kura implementata mill-Komunità Fjamminga tal-Belġju – Esklużjoni ta’ persuni li jirrisjedu f’parti oħra tat-territorju nazzjonali – Artikoli 18, 39, u 43 KE – Regolament tal-Kunisll (KEE) Nru 1408/71 – Sitwazzjoni purament interna – Stat Membru bi struttura deċentralizzata”





1.        Dan ir-rinviju preżenti mill-Cour d’Arbitrage(2) (Qorti ta’ Arbitraġġ), li llum hija l-Cour consitutionnelle (Qorti Kostituzzjonali) tal-Belġju (3), jikkonċerna l-kompatibbiltà ta’ skema ta’ assigurazzjoni għall-kura, bħal dik stabbilita mill-Komunità Fjamminga, flimkien ma’ diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (4) u ma’ l-Artikoli 18, 39 u 43 KE.

2.        Kwistjoni iktar wiesgħa hija dik jekk id-dritt Komunitarju jipprekludix entità awtonoma ta’ Stat Membru milli tagħmel l-għoti ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali kundizzjonali fuq ir-residenza fit-territorju ta’ l-entità awtonoma kkonċernata jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, u b’hekk teskludi persuni oħra li jaħdmu fl-entità awtonoma in kwistjoni li huma residenti f’xi parti oħra tat-territorju nazzjonali.

3.        B’mod iktar wiesgħa, x’inhu l-impatt tad-dritt Komunitarju fuq l-istruttura federali jew deċentralizzata ta’ Stat Membru u fuq dik li hija meqjusa bħala “sitwazzjoni purament interna” barra mill-iskop tad-dritt Komunitarju?

 Prologu – ir-Renju tal-Belġju bħala Stat Federali

4.        Is-sistema federali tal-Belġju, bħala fil-każ tal-Komunità iżda b’mod ċentrifugu(5), ma seħħitx bħala riżultat ta’ pjan uniku(6). Din is-sistema hija r-riżultat ta’ tibdil suċċessiv, oriġinarjament mibdi mix-xewqa Fjamminga li tinkiseb awtonomija kulturali, li ħadet forma fil-Komunitajiet, u x-xewqa Valloniża għal awtonomija ekonomika, li nkisbet permezz tar-Reġjuni(7).

5.        Il-Belġju illum jikkonsisti fi tliet Komunitajiet (il-Komunità Fjamminga, il-Komunità Franċiża u l-Komunità li fiha huwa mitkellem il-Ġermaniż)(8), tlett Reġjuni (ir-Reġjun Valloniż, ir-Reġjun Fjamming u r-Reġjun ta’ Brussell)(9) u erba’ reġjuni lingwistiċi (ir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż, ir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż, ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali u r-reġjun fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż)(10).

6.        Kemm il-Komunitajiet u r-Reġjuni ġew mogħtija sferi esklużivi ta’ kompetenza dwar ċerti kwistjonijiet(11). Kemm il-Komunitajiet kif ukoll ir-Reġjuni għalhekk jaġixxu bħala legiżlaturi awtonomi fir-rigward tal-kompetenzi tagħhom.

7.        Id-digrieti huma l-istrumenti legali li permezz tagħhom it-tliet Komunitajiet kif ukoll ir-Reġjun Fjamming u r-Reġjun Vallonż jeżerċitaw il-kompetenzi leġiżlattivi tagħhom. Dawn id-Digrieti għandhom l-istess saħħa leġiżlattiva bħall-liġijiet federali(12).

 Il-kuntest ġuridiku

 Id-dritt Komunitarju

8.        L-Artikolu 17 KE jipprovdi:

“1.   Qed tiġi stabbilita ċ-Ċittadinanza ta’ l-Unjoni. Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru għandha tkun ċittadina ta’ l-Unjoni. Iċ-Ċittadinanza ta’ l-Unjoni għandha tikkumplimenta u mhux tissostitwixxi ċ-ċittadinanza nazzjonali.

2.     Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom igawdu d-drittijiet mogħtija minn dan it-Trattat li jkunu marbutin bid-dmirijiet imposti minnu.”

9.        L-Artikolu 18 KE jipprovdi:

“1.   Kull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri, salvi l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Trattat u d-dispożizzjonijiet meħuda biex dan jitwettaq.”

10.      L-Artikolu 39 KE jipprovdi:

“1.   Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.

2.     Dan jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impieg, il-paga, u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.

[…]”

11.      L-Artikolu 43 KE jipprovdi:

“Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, ir-restrizzjonijiet għall-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom jiġu projbiti […]

Il-libertà ta’ l-istabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasha, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi […] taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-liġijiet tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment, għaċ-ċittadini tiegħu stess […]”

12.      Il-premessi li ġejjin ta’ Regolament Nru 1408/71(13) huma rilevanti:

“[…]

[10] […] minħabba l-garanzija ta’ l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema kollha okkupati fit-territorju ta’ l-Istat Membru jkun effettiv kemm jista’ jkun, huwa sewwa li tkun determinata bħala l-leġislazzjoni applikabbli, bħala regola ġenerali, dik ta’ l-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernata tfittex impjieg jew impjieg għal rasha(14);

[11] […] f’ċerti sitwazzjonijiet li jiġġustifikaw kriterji oħrajn ta’ applikabbilità, huwa possibbli li tidderoga mir-regola ġenerali.

[…]”

13.      L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1408/71 jagħmel lista ta’ dawk li huma koperti b’dan ir-regolament:

“1     Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew iktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni bla stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom jew is-sopravissuti tagħhom [...]”

14.      L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi l-prinċipju tat-trattament ugwali:

“1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ dan ir-Regolament, il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament jkunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jgawdu l-istess benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat. […]”

15.      L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 1408/71:

“1.    Dan ir-Regolament jkun japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-friegħi segwenti tas-sigurtà soċjali:

(a)       il-benefiċċji tal-mard u tal-maternità; […]

2.      Dan ir-Regolament ikun japplika għall-iskemi kollha tas-sigurtà soċjali ġenerali u speċjali, kemm dawk kontributorji kif ukoll dawk non-kontributorji, u għal skemi li għandhom x’jaqsmu mal-lijabiltà ta’ xi ħadd li jħaddem jew sid ta’ vapur fejn jidħlu l-benefiċċji li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1.

2a.    Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji provduti f’liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta’ assistenza soċjali.

“Benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji" tfisser dawk li:

(a)       huma ntiżi sabiex jipprovdu jew::

(i)       assigurazzjoni supplimentari, sostituttiva jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-oqsma tas-sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu 1, u li jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati dħul minimu għas-sussistenza waqt li jittieħed kont tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru ikkonċernat;

jew

(ii)       protezzjoni speċifika biss għal persuni b’diżabbiltà, li jkollha x’taqsam mill-qrib ma’ l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat Membru kkonċernat,

u

(b)      fejn il-finanzjament ikun derivat esklużivament minn tassazzjoni obbligatorja maħsuba sabiex tkopri l-infiq ġenerali pubbliku u l-kondizzjonijiet sabiex jipprovdu u jikkalkolaw il-benefiċċji mhumiex dipendenti minn kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madankollu, il-benefiċċji provduti sabiex jiġi supplimentat benefiċċju kontributorju m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji kontributorji għal din ir-raġuni waħedha;

u

(c)      huma elenkati fl-Anness IIa. [(15)]

2b.    Dan ir-Regolament ma jkunx japplika għad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru rigward l-benefiċċji speċjali non-kontributorji, li għalihom saret riferenza fl-Anness II, It-taqsima III, li l-validità tiegħu hija konfinata għall-parti mit-territorju tiegħu […] [(16)]

[…]”

16.      Salv ċerti eċċezzjonijiet li mhumiex rilevanti għall-kawża preżenti, l-Artikolu 13 jistabbilixxi l-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema migranti:

“1.   […] [P]ersuni li għalihom japplika dan ir-Regolament jkunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru singolu biss. Dik il-leġislazzjoni tkun determinata skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2.     […]

(a)      persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

(b)      persuna li taħdem għal rasha fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk tabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, […]”

17.      L-Artikolu 19 fih ir-regoli ġenerali, fil-kuntest ta’ benefiċċji tal-mard u maternità, fil-każ ta’ residenza fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat kompetenti:

“1.      Persuna impjegata jew taħdem għal rasha li tabita [hija residenti] fit-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti, li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti għall-intitolar tal-benefiċċji, waqt li tieħu in kunsiderazzjoni fejn hemm bżonn tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18(17) , tirċievi fl-Istat li qiegħda tabita:

(a)      benefiċċji b’xi mod ipprovduti f’isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni amministrata mill-istituzzjoni bħallikieku kienet assigurata magħha;

(b)      benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti skond il-leġislazzjoni li hija tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, tali benefiċċji jistgħu jkunu pprovduti mill-istituzzjoni ta’ l-aħħar f’isem ta’ l-ewwel, skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti. […]”

18.      L-Artikolu 21 fih ir-regoli, fil-kuntest tal-benefiċċji tal-mard u tal-maternità, applikabbli fil-każ ta’ residenza jew trasferiment ta’ residenza għall-Istat kompetenti:

“1.   Il-persuna impjegata jew dik li taħdem għal rasha li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 19(1) li qiegħda toqgħod fit-territorju ta’ l-Istat kompetenti tirċievi l-benefiċċji skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat bħallikieku kienet residenti hemm, anke jekk hija diġà tirċievi benefiċċji għall-istess każ ta’ mard jew maternità qabel ma bdiet toqgħod hemm.

[…]

4.     Persuna impjegata jew li taħdem għal rasha u l-membri tal-familja tagħha li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 19 li jittrasferixxu r-residenza tagħhom għat-territorju ta’ l-Istat kompetenti jirċievu benefiċċji skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk huma diġà kienu jirċievu benefiċċji għall-istess każ ta’ mard jew maternità qabel it-trasferiment tar-residenza.”

 Leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti

19.      Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Marzu 1999(18) (iktar’il quddiem id-“Digriet ta’ l-1999”), il-Komunità Fjamminga stabbiliet “assigurazzjoni għall-kura” (zorgverzekering) li tkopri, sa massimu ta’ kull xahar, assistenza mhux medika u servizzi għal persuni li mhumiex kapaċi jwettqu ħidmiet ta’ kuljum meħtieġa għall-bżonnijiet bażiċi tagħhom jew għal attivitajiet relatati oħrajn(19).

20.      L-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga ġiet stabbilita sabiex tilħaq il-bżonnijiet tal-popolazzjoni Fjamminga li qed tixjieħ(20). B’mod partikolari, din għandha l-għan li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal għajnuna għal assistenza f’ħidmiet ta’ kuljum għall-popolazzjoni li qed tikber ta’ l-anzjani, u b’mod iktar ġenerali għal dawk fil-bżonn ta’ tali għajnuna indipendentement mill-età tagħhom(21).

21.      Il-komunitajiet fejn huma mitkellma l-Franċiż u l-Ġermaniż ma stabbilixxewx skemi simili ta’ assigurazzjoni għall-kura.

22.      L-Artikolu 2(1) tad-Digriet ta’ l-1999 jiddefinixxi għajnuna u servizzi mhux mediċi bħala

“għajnuna u servizzi pprovduti minn terzi persuni lil persura b’kapaċità mnaqqsa li tieħu ħsieb lilha nnifisha f’kuntest residenzjali, semiresidenzjali jew ambulatorju;”

23.      Id-Digriet ta’ l-1999 ġie emendat f’diversi okkażjonijie(22). L-iktar importanti għall-għanijiet preżenti, id-Digriet tat-30 ta’ April 2004(23) (iktar’il quddiem id-“Digriet ta’ l-2004”) emenda id-Digriet ta’ l-1999 b’risposta għal ittra uffiċjali mill-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2002, li talbet il-Komunità Fjamminga tikkonforma mar-Regolament Nru 1408/71. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-Digriet ta’ l-1999, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, kien jikser b’mod partikolari l-Artikoli 2, 13, 18, 19, 20, 25, u 28 tar-Regolament Nru 1408/71(24) u l-Artikoli 39 u 43 KE billi għamel l-affiljazzjoni fl-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura u l-benefiċċji soġġetta, mingħajr eċċezzjoni, fuq ir-residenza fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali.

24.      Id-Digriet ta’ l-2004 emenda l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura billi eskluda mill-iskop tagħha persuni li għalihom tapplika l-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea jew ta’ xi Stat li huwa parti miż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tar-Regolament Nru 1408/71, u billi estenda l-iskop tagħha għall-persuni li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor iżda li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali.

25.      L-Artikolu 4 tad-Digriet ta’ l-1999, kif emendat bid-Digriet ta’ l-2004, issa jaqra kif ġej:

“§ 1. Kull persuna li tirrisjedi ġewwa r-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż għandha tiġi affiljata ma’ fond ta’ assigurazzjoni għall-kura approvata b’dan id-Digriet.

[…]

§ 2. Kull persuna li tirrisjedi ġewwa r-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali tista’ tiġi affiljata ma’ fond ta’ assigurazzjoni għall-kura approvata b’dan id-Digriet fuq bażi volontarja.

§ 2bis.       Kull persuna li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 li għaliha, abbażi tar-regoli li jirregolaw il-liġi applikabbli skond ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tapplika bħala dritt l-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat li huwa parti miż-Żona Ekonomika Ewropea ma taqax taħt il-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ dan id-Digriet.

§ 2ter.       Kull persuna li ma tirrisjedix fil-Belġju li fir-rigward tagħha, abbażi tar-regoli li jirregolaw il-liġi applikabbli skond ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, tapplika bħala dritt l-iskema tas-sigurtà soċjali fil-Belġju minħabba l-impieg tagħha fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż għandha tiġi affiljata ma’ fond ta’ assigurazzjoni għall-kura approvata b’dan id-Digriet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet li jikkonċernaw persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw b’analoġija.

Kull persuna li tirrisjedi fil-Belġju li fir-rigward tagħha, abbażi tar-regoli li jirregolaw l-liġi applikabbli skond ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, l-iskema tas-sigurtà soċjali fil-Belġju tapplika bħala dritt minħabba l-impieg tagħha fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali tista’ tagħżel li tiġi affiljata ma’ fond ta’ assigurazzjoni għall-kura approvata b’dan id-Digriet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet li jikkonċernaw persuni li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw b’analoġija.”

26.      L-Artikolu 5 tad-Digriet ta’ l-1999, kif emendat l-aħħar bid-Digriet tal-25 ta’ Novembru 2005(25), jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura taħt l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura:

“l-utent għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex ikun jista’ jitlob il-ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ assistenza u servizzi mhux mediċi minn fond ta’ assigurazzjoni għall-kura: […]

3.     fiż-żmien tal-ħlas lura, għandu jkun legalment residenti fi Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea jew fi Stat li huwa parti miż-Żona Ekonomika Ewropea; […]

5.     għal ta’ l-inqas ħames snin qabel il-ħlas lura, irid ikun irrisjeda mingħajr interruzzjoni jew fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali, jew bħala persuna koperta bi skema ta’ assigurazzjoni soċjali, fi Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea jew Stat li huwa parti miż-Żona Ekonomika Ewropea […]”

 Il-kawża prinċipali u d-domandi magħmula

27.      Il-kawża prinċipali hija t-tielet rikors għal annullament tad-Digriet ta’ l-1999 ippreżentat quddiem il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ. Il-Gvern tal-Komunità Franċiża ppreżenta rikors għal annullament kontra l-verżjoni oriġinali tad-Digriet ta’ l-1999 (iktar’il quddiem l-“ewwel rikors”). Il-Kulleġġ tal-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża(26) ippreżenta rikors għal annullament kontra l-verżjoni intermedja tad-Digriet ta’ l-1999, jiġifieri l-verżjoni tat-18 ta’ Mejju 2001(27) (iktar’il quddiem it-“tieni rikors”).

28.      Il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ ċaħdet l-ewwel rikors fil-parti l-kbira tiegħu(28). Din iddeċidiet li, taħt is-sistema federali Belġjana, l-assigurazzjoni għall-kura għandha tiġi kkunsidrata bħala “għajnuna lill-persuni”, li hija kwistjoni li taqa’ fl-isfera ta’ kompetenza rispettiva tal-Komunitajiet fejn jiġu mitkellma l-Fjamming, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

29.      Il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ ċaħdet it-tieni kawża kollha(29).

30.      Il-kawża prinċipali f’dan it-tielet rikors tikkonċerna żewġ rikorsi għal annullament distinti, it-tnejn li huma mressqa fid- 9 ta’ Diċembru 2004, li ġew maqgħudin quddiem il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ. Fl-ewwel rikors, il-Gvern tal-Komunità Franċiża jitlob l-annullament ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 2a tad-Digriet ta’ l-1999 kif emendat mid-Digriet ta’ l-2004. Dan jallega, inter alia, li din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ non diskriminazzjoni u tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu ta’ persuni u tal-ħaddiema. Fit-tieni rikors, l-Gvern tal-Vallonja jitlob l-annullament tad-Digriet ta’ l-2004 kollu kemm hu. Dan jallega li d-Digriet ta’ l-2004 jikser ir-regoli li jirregolaw il-kompetenzi nazzjonali u l-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u ta’ non diskriminazzjoni.

31.      Il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ ċaħdet il-motivi bbażati fuq l-allegata inkompetenza tal-Komunità Fjamminga sabiex tistabblixxi l-assigurazzjoni għall-kura. Madanakollu, hija kkunsidrat li l-motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju ma setgħux jiġu mwieġba b’mod ċert billi ssir referenza għall-kliem tat-Trattat jew tar-Regolament Nru 1408/71, u lanqas għall-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti ta’ l-Arbitraġġ għalhekk irrinvjat id-domandi li ġejjin għal deċiżjoni preliminari:

“1.   Skema ta’ assigurazzjoni għall-kura – li (a) ġiet stabbilita minn Komunità awtonoma ta’ Stat Membru federali tal-Komunità Ewropea, (b) tapplika għal persuni li huma residenti f’parti mit-territorju ta’ dak l-Istat Federali li għalih din il-Komunità awtonoma hija kompetenti, (c) li tipprovdi għal ħlas lura taħt dik l-iskema, ta’ l-ispejjeż li jkunu saru għal għajnuna u servizzi mhux mediċi lil persuni b’awtonomija mnaqqsa b’mod serju u fit-tul, affiljati ma’ l-iskema, fil-forma ta’ kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż relatati u (d) hija ffinanzjata minn parti, bil-kontribuzzjonijiet annwali tal-membri u min-naħa l-oħra minn għotja mħallsa mill-baġit għall-ispiża tal-Komunità awtonoma kkonċernata – tikkostitwixxi skema li taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, kif imfisser fl-Artikolu 4 tiegħu?

2.     F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda preliminari: ir-regolament iċċitat hawn fuq, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 2 u 13 tiegħu u, safejn huma applikabbli, l-Artikoli 18, 19, 20, 25 u 28 għandhom jiġu interpretati bħala li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu Komunità awtonoma ta’ Stat Membru federali tal-Komunità Ewropea milli tadotta dispożizzjonijiet li, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, jippermettu biss lil persuni li jirrisjedu fit-territorju li għalih il-Komunità awtonoma hija kompetenti u, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea, persuni impjegati fit-territorju u li huma residenti fi Stat Membru ieħor, li jiġu assigurati taħt u jibbenefikaw minn skema tas-sigurtà soċjali fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-regolament, bl-esklużjoni ta’ persuni, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, li jirrisjedu f’parti mit-territorju ta’ l-Istat federali li għaliha hija kompetenti Komunità awtonoma oħra?

3.     L-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu Komunità awtonoma ta’ Stat federali li huwa membru ta’ l-Unjoni Ewropea milli tadotta dispożizzjonijiet li, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, tippermetti biss persuni li jirrisjedu fit-territorju għal liema dik il-Komunità hija kompetenti u, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea, persuni impjegati f’dak it-territorju u li huma residenti fi Stat Membru ieħor li jiġu assigurati taħt u jibbenefikaw minn skema tas-sigurtà soċjali skond ir-Regolament, b’esklużjoni ta’ persuni, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom li jirrisjedu f’parti mit-territorju ta’ l-Istat federali għal liema Komunità awtonoma oħra hija kompetenti?

4.     L-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din is-sistema jiġi limitat għal persuni li huma residenti fl-entitajiet ta’ Stat federali li huwa membru tal-Komunità Ewropea li huma koperti b’din is-sistema?”

32.      Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern tal-Komunità Franċiża u mill-Gvern tal-Vallonja, mill-Gvern Fjamming, mill-Gvern ta’ l-Olanda u mill-Kummissjoni.

33.      Il-partijiet kollha, bl-eċċezzjoni tal-Gvern Olandiż dehru għas-seduta tas-27 ta’ Marzu 2007 u ppreżentaw osservazzjonijiet orali.

 L-ewwel domanda

34.      Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk skema ta’ assigurazzjoni għall-kura bħal dik stabbilita mill-Komunità Fjamminga taqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Nru 1408/71, kif imfisser fl-Artikolu 4 tiegħu.

35.      Il-partijiet kollha jaqblu li din id-domanda għandha tiġi mwieġba fl-affermattiv. Huma jikkunsidraw li l-benefiċċji pprovduti mill-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga għandhom kif inhu xieraq jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji tas-sigurtà soċjali skond ir-Regolament Nru 1408/71.

36.      Kif indikat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, benefiċċju jista’ jiġi kkunsdirat bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali fil-każ fejn jingħata lill-benefiċjarji indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, abbażi ta’ pożizzjoni legalment definita, u fejn hija tirreferi għal wieħed mir-riskji espressament imsemmija fil-lista fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71(30).

37.      Benefiċċji mogħtija b’mod oġġettiv, abbażi ta’ pożizzjoni legalment stabbilita, u li huma intiżi sabiex itejbu l-istat ta’ saħħa u tal-ħajja ta’ persuni dipendenti fuq kura, għandhom essenzjalment bħala għan li jissupplimentaw il-benefiċċji ta’ l-assigurazzjoni fuq il-mard, u b’hekk għandhom jiġu kkunsidrati bħala “benefiċċji tal-mard” skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (31). L-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga tidher li tidħol sew f’din id-definizzjoni. Għalhekk għandha tiġi kklassifikata bħala “benefiċċju tal-mard” skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71.

38.      Il-Gvern tal-Vallonja korrettement jirrileva li l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga ma tistax tiġi eskluża mill-iskop tar-Regolament Nru 1408/71 permezz ta’ l-Artikolu 4(2b)(32). L-ewwel nett, mhijiex imniżżla fil-lista fl-Anness II, Sezzjoni III tar-Regolament. It-tieni nett, tidher li hija benefiċċju kontributorju(33), peress li hija ffinanzjata, għall-inqas parzjalment(34), bi ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ dawk assigurati magħha(35).

 It-tieni u t-tielet domandi

39.      L-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha persuni li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali, iżda li jirrisjedu f’wieħed mir-reġjuni lingwistiċi oħra tal-Belġju. Ir-Regolament Nru 1408/71 u/jew id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu ta’ persuni u dwar ċittadinanza ta’ l-Unjoni Ewropea jipprekludu arranġament bħal dan?

 Ammissibbiltà

40.      L-argument prinċipali tal-Gvern Fjamming huwa li t-tieni u t-tielet domandi huma inammissibbli, peress illi tweġiba la tkun utli u lanqas neċessarja għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Quddiem il-qorti nazzjonali, ir-rikorrenti opponew l-istabbiliment ta’ l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura, billi argumentaw li l-Komunità Fjamminga ma kellhiex il-kompetenza meħtieġa. L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju ssuġġerita mir-rikorrenti, twassal b’mod pervers għar-riżultat ta’ l-estensjoni ta’ l-iskema għal persuni li jirrisjedu fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż.

41.      Il-Gvern Fjamming jirrileva wkoll li l-qorti ta’ rinviju stess wieġbet għat-tielet domanda, billi stabbiliet li l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura Fjamminga ma tippreġudikax il-kompetenza tal-leġiżlatur federali dwar l-unjoni ekonomika ġewwa l-Belġju, minħabba s-somom ta’ flus limitati involuti u l-effetti limitati tal-benefiċċji in kwistjoni(36). L-istess jista’ jingħad dwar kull effett fuq il-moviment liberu ġewwa l-Komunità.

42.      Jiena minix konvinta b’dawn l-argumenti.

43.      Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 234 KE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-qrati nazzjonali bl-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt komunitarju li huma neċessarji għas-soluzzjoni tal-kawża li huma mitluba jiddeċiedu(37).

44.      Fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, hija l-qorti nazzjonali, li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tinsab quddiemha, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari biex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi mressqa mill-qrati nazzjonali jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi(38).

45.      Huwa veru li f’cirkustanzi eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom il-qorti nazzjonali tkun għamlet ir-rinviju, sabiex tivverifika jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex kompetenza jew le. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda preliminari minn qorti nazzjonali biss meta jidher manifestament li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt Komunitarju m’għandhiex x’taqsam mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex twieġeb b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha(39).

46.      Fil-kawża preżenti, anki jekk (kif isostni l-Gvern Fjamming) ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi 2 u 3 tista’ twassal għall-estensjoni ta’ l-iskop ta’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga pjuttost milli għall-abolizzjoni tagħha, ma jistax jingħad li r-risposta għal dawn id-domandi mhijiex se tkun ta’ għajnuna sabiex il-qorti nazzjonali tkun tista’ tiddetermina jekk l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga kif inhi hijiex kompatibbli mad-dritt Komunitarju.

47.      Minbarra dan, il-fatt li l-qorti ta’ rinviju setgħet wieġbet, taħt il-liġi nazzjonali, domanda li hija simili għat-tielet domanda rrinvjata ma jfissirx li t-tweġiba tista’ tiġi trasposta awtomatikament għas-sitwazzjoni taħt id-dritt Komunitarju.

48.      Isegwi li t-tieni u t-tielet domandi huma ammissibbli.

 Il-mertu

 Osservazzjoni preliminari

49.      Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni tiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta’ persuni: (i) ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u ċittadini Belġjani li għamlu użu mid-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu; (ii) ċittadini Belġjani li m’għamlux użu mid-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu. Id-distinzjoni tidher li hija waħda utli u jien ser nadottaha.

 Ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u ċittadini Belġjani li għamlu użu mid-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu

–       Is-sitwazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ persuni taqa’ taħt il-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 u/jew tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-persuni?

50.      Ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali iżda li jgħixu f’reġjun lingwistiku ieħor jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 39 jew 43 KE (jiddependi fuq jekk humiex rispettivament, impjegati jew jaħdmu għal rashom). Dawn jaqgħu wkoll taħt il-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, permezz ta’ l-Artikolu 2 tiegħu. Ċittadini Belġjani li eżerċitaw id-drittjiet tagħhom li jiċċaqilqu liberament huma f’sitwazzjoni analoga.

51.      B’mod iktar ġenerali, kull ċittadin Komunitarju, indipendentement mir-residenza u min-nazzjonalità tiegħu, li għamel użu mid-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema u li eżerċita attività professjonali fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tar-residenza, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 39 KE(40).

52.      Minbarra dan, anki jekk, skond it-test tagħhom, ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema huma intiżi, b’mod partikolari, biex jiġi assigurat il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istatospitanti, dawn jipprekludu wkoll lill-Istat ta’ l-oriġini milli jostakola l-libertà ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu li jaċċetta u jsegwi impieg fi Stat Membru ieħor(41).

53.      Id-dritt Komunitarju ma jippreġudikax il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom u - fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet li fhom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali(42). Xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt Komunitarju(43).

–       Ir-rekwiżit tar-residenza marbut ma’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema?

54.      Huwa paċifiku li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-moviment liberu tal-persuni huma intiżi li jaffiċilitaw, għaċ-ċittadini Komunitarji, l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet professjonali ta’ kull xorta fit-territorju kollu tal-Komunità u jipprekludu miżuri oħra li jistgħu jisfavorixxu dawk iċ-ċittadini meta huma jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor(44).

55.      Dispożizzjonijiet nazzjonali li jimpedixxu jew jiddisswadu ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru li jħalli l-Istat ta’ oriġini tiegħu biex jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu, għalhekk potenzjalment jistgħu jikkostitwixxi ostakolu għal din l-istess libertà anki jekk jiġu applikati indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati(45). Fi kliem ieħor, miżura nazzjonali tista’ potenzjalment tikkostitwixxi ostakolu projbit anki jekk hija non diskriminatorja.

56.      Madanakollu, sabiex effettivament jikkostitwixxu ostakolu, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jaffettwaw l-aċċess tal-ħaddiema għas-suq tax-xogħol u l-effett tagħhom fuq il-moviment liberu m’għandux ikun wisq indirett u inċert(46).

57.      F’dan l-istadju, ejja neżaminaw l-effett prattiku tar-regoli ta’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga. Immaġina ċittadin Franċiż li jixtieq li jieħu impieg f’Hoegaarden (li jinsab fir-reġjun tal-Belġju fejn hu mitkellem l-Olandiż) u li preżentement qed jgħix f’Givet fir-reġjun Champagne-Ardenne fi Franza (madwar 95 kilometri fin-nofsinhar ta’ Hoegaarden). Jista’ jkun li jippreferi jgħix f’reġjun fejn l-ilsien li huwa kien jitkellem l-ewwel huwa l-lingwa uffiċjali u fejn it-tfal tiegħu jistgħu faċilment imorru l-iskola b’dik l-istess lingwa). Huwa għalhekk jista jiddeċidi li jiċċaqlaq għal Jodoigne (li jinsab fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż fil-Belġju) madwar sebgħa kilometri fin-nofsinhar ta’ Hoegaarden. Jekk jagħmel dan, huwa ma jkunx jista’ jiġi affiljat ma’ assigurazzjoni għall-kura Fjamminga. Jekk hu ried jiġi assigurat ma’ din l-iskema u jibqa’ jgħix f’reġjun fejn il-Franċiż huwa lingwa uffiċjali, huwa jkollu jagħżel bejn li jgħix fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali (per eżempju f’Woluwe-Saint-Lambert/Sint-Lambrechts-Woluwe, madwar 44 kilometru fil-punent ta’ Hoegaarden) jew inkella jżomm ir-residenza tiegħu fi Franza(47).

58.      Il-ħsieb li jkollu jivvjaġġa kuljum f’highways mimlija traffiku, u tabilħaqq l-impatt ambjentali ta’ vvjaġġar bħal dan, jista’ jiddisswadieh milli jieħu l-impieg in kwistjoni, u għalhekk milli jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu. Peress li l-Komunità Franċiża u l-Komunità fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż ma stabbilixxewx skemi ta’ assikurazzjoni għall-kura simili, huwa ma jkunx jista’ jsolvi l-problema billi jaffilja ruħu ma’ assigurazzjoni għall-kura f’post ta’ residenza ġewwa l-Belġju’l barra mir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali.

59.      Għalhekk, huwa ċar li r-rekwiżit tar-residenza jista’ f’ċerti ċirkustanzi jkun ta’ ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni.

–       Il-kundizzjoni ta’ residenza fuq il-motivment liberu għandha effett li huwa wisq indirett u inċert?

60.      Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li din l-evalwazzjoni għandha titħalla għall-qorti nazzjonali.

61.      Jiena ma naqbilx.

62.      Jien insibha diffiċli biex nara preċiżament liema kriterji l-qorti tar-rinviju, mingħajr gwida minn din il-Qorti, se tapplika biex tevalwa dak li huwa remot u inċert. Jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha materjal suffiċjenti sabiex tirrisolvi l-punt bħala kwistjoni ta’ prinċipju.

63.      Il-Gvern Fjamming iqis li n-numru ta’ persuni affettwati se jkun relattivament żgħir u li l-possibbiltà ta’ affiljazzjoni għall-assigurazzjoni għall-kura x’aktarx li jkollha biss influwenza marġinali fuq l-għażla ta’ l-individwi dwar jekk jeżerċitawx id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu. Għalhekk dan jibbaża fuq Graf, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li sabiex jikkostitwixxu ostakolu, dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jaffettwaw l-aċċess tal-ħaddiema għas-suq tax-xogħol u l-effett tagħhom fuq il-moviment liberu m’għandux ikun wisq indirett jew inċert(48).

64.      Fi Graf, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonċernata b’avveniment futur u purament ipotetiku. B’kuntrast ma’ dan, huwa ċar fil-kawża preżenti li kwalunkwe ħaddiem migrant li jikkunsidra li jieħu impieg fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż se jkun potenzjalment affettwat bir-rekwiżiti tar-residenza li jirregolaw l-affiljazzjoni fl-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga. Din mhijiex sitwazzjoni ipotetika.

65.      Jien ma naħsibx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipprova tevalwa b’mod preċiż sa fejn miżura bħal din taffettwa d-deċiżjoni tal-ħaddiem individwali. Altrimenti, il-fatt li xi ħaddiema ma jaqtgħux qalbhom minn miżura partikolari jista’ dejjem jiġi użat bħala raġuni biex wieħed jargumenta li l-effett ta’ din il-miżura fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol kien potenzjalment wisq inċert u indirett. Minbarra dan, huwa diffiċli li wieħed jara kif il-Qorti tal-Ġustizzja sejra tikkonduċi evalwazzjoni bħal din. Jidhirli li, sabiex miżura tikkostitwixxi ostakolu, huwa biżżejjed li jkun raġonevolment probabbli li jkollha dan l-effett fuq ħaddiema migranti.

66.      Jien naċċetta li huwa diffiċli li ssir stima ta’ kemm nies se jiġu fil-fatt affettwati bir-rekwiżit tar-residenza fl-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga. Madanakollu, huwa ċar li ħafna nies jistgħu potenzjalment jiġu affettwati, speċjalment f’pajjiż bħal Belġju, fejn jaħdmu ħafna ċittadini ta’ l-UE li mhumiex Belġjani.

67.      L-effetti tar-rekwiżit tar-residenza għalhekk mhumiex wisq indiretti u inċerti.

68.      Il-Gvern Fjamming isostni wkoll li affiljazzjoni fl-assigurazzjoni għall-kura hija “vantaġġ” dubjuż, meta wieħed iqis n-natura obbligatorja tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu.

69.      Jiena ma naċċettax dan l-argument.

70.      Wieħed irid jassumi li l-Gvern Fjamming, meta stabbilixxa l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura, ħaseb li kien qed jipprovdi benefiċċju liċ-ċittadini tiegħu pjuttost milli jpoġġi piż fuqhom. Bl-argument tal-Gvern Fjamming, li wieħed iħallas għall-benefiċċji tal-qgħad bl-istess mod jista’ jitqies li hu ta’ żvantaġġ. Kull individwu partikolari jista’ jħallas kontribuzzjonijiet matul il-ħajja ta’ xogħol tiegħu mingħajr ma qatt jirrikorri għall-benefiċċju tal-qgħad – tabilħaqq, jista’ jispera li ma jkollux għalfejn qatt jagħmel dan. Il-punt kollu ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali huwa, madanakollu, mhux li jibbenefika kulħadd direttament, imma li kulħadd jibbenefika potenzjalment, għal vantaġġ tas-soċjetà kollha kemm hi.

–       Il-kundizzjoni tar-residenza hija indirettament diskriminatorja?

71.      Kif indikajt diġà(49), miżura nazzjonali li tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni ma tistax titħalla, anki jekk hija non diskriminatorja. Madanakollu, peress li l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni ġiet imqajjma b’xi mod jew ieħor minn ħafna mill-partijiet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom u anki matul is-seduta, jiena se nikkunsidraha hawnhekk.

72.      Huwa paċifiku li l-prinċipju tat-trattament ugwali, kif previst fl-Artikolu 39(2) KE u implementat, safejn jikkonċerna s-sigurtà soċjali għal ħaddiema migranti, permezz ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, jipprojbixxi mhux biss diskriminazzjoni ovvja abbażi tan- nazzjonalità tal-benefiċċjarji ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali iżda anki kull forma ta’ diskriminazzjoni li, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ kriterji oħrajn distintivi, jwasslu fil-fatt għall-istess riżultat(50).

73.      B’hekk, għandhom jiġu kkunsidrati bħala indirettament diskriminatorji l-kundizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, minkejja li huma applikabbli mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità, jaffettwaw essenzjalment jew fil-biċċa l-kbira tagħhom il-ħaddiema migranti, kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli mingħajr distinzjoni li jistgħu jiġu sodisfatti iktar faċilment mill-ħaddiema nazzjonali milli mill-ħaddiema migranti jew inkella li jirriskjaw li joperaw, b’mod partikolari, għad-dannu ta’ dawn ta’ l-aħħar(51).

74.      Dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali għandha b’hekk tiġi kkunsidrata bħala indirettament diskriminatorja meta hija suxxettibbli, min-natura tagħha stess, li taffettwa iktar liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli liċ-ċittadini nazzjonali u li tirriskja, konsegwentement, li tqiegħed fi żvantaġġ iktar partikolarment lil ta’ l-ewwel. Dispożizzjoni bħal din tkun permessibbli biss jekk tkun oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata(52).

75.      Il-Gvern Fjamming isostni li ħaddiema migranti huma ttrattati eżattament l-istess bħal ħaddiema Belġjani f’sitwazzjoni simili.

76.      Id-diffikultà, madanakollu, hija li jiġi stabbilit ma’ minn se jsir il-paragun korrett, jiġifieri liema huma ċ-ċittadini Belġjani li jinsabu f’sitwazzjoni simili.

77.      It-tieni u r-raba’ premessi fil-preambolu tar-Regolament Nru 1408/71 jindikaw li l-għan tiegħu huwa li jiġi assigurat il-moviment liberu għall-impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom ġewwa l-Komunità, filwaqt li jiġu rrispettati l-karatteristiċi speċjali tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali nazzjonali. Għal dan il-għan, kif inhu ċar mill-ħames, is-sitt u l-għaxar premessa, ir-Regolament Nru 1408/71 ifittex li jiggarantixxi l-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom fil-Komunità Ewropea, filwaqt li jiġu rrispettati l-karatteristiċi ta’ kull waħda mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali. Għaldaqstant, hekk kif jirriżulta mill-ħames, sitt u għaxar premessa, ir-Regolament Nru 1408/71 għandu bħala għan li jiggarantixxi bl-aħjar mod it-trattament ugwali tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll li ma jippenalizzax il-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu(53). L-Artikolu 13(2)(a) jipprovdi li, bħala regola ġenerali, il-leġiżlazzjoni applikabbli għandha tkun il-lex loci laboris.

78.      L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha tiġi milħuqa l-ugwaljanza għalhekk ikun normalment l-Istat fejn jinsab il-post tax-xogħol.

79.      Kif issuġġeriet il-Kummissjoni matul is-seduta, il-punt tat-tluq korrett għall-paragun għalhekk mhuwiex il-post tar-residenza iżda l-post tax-xogħol. X’jiġri meta nqabblu żewġ gruppi li l-membri tagħhom kollha jaħdmu fir-reġjun fejn jiġi mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali iżda li jgħixu rispettivament, fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali minn naħa waħda u fir-reġjuni tal-Belġju fejn hu mitkellem il-Franċiż jew il-Ġermaniż min-naħa l-oħra?

80.      Ejja nissoponu li hemm żewġ impjegati ta’ l-istess kumpannija lokalizzata f’Hoegaarden. It-tnejn jixtiequ li jgħixu kemm jista’ jkun viċin tal-post tax-xogħol tagħhom. Ħaddiem A huwa Belġjan li jitkellem bl-Olandiż. Dan jiddeċidi li jgħix f’Hoegaarden stess. Ħaddiem B huwa Franċiż. Għar-raġunijiet issuġġeriti qabel, dan jiddeċiedi li jgħix f’Jodoigne. Huma jaħdmu fl-istess Stat Membru, fl-istess reġjun, fl-istess belt u għall-istess kumpannija. Id-djar tagħhom huma seba’ kilometri’l bogħod minn xulxin. Ħaddiem A jista’ – u tabilħaqq, ikollu affilja ruħu ma’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga u jkun jista’ jaċċedi għall-benefiċċji tagħha. Ħaddiem B ma jistax. Huwa ċar li, f’dan l-eżempju, mhemmx ugwaljanza fit-trattament.

81.      Mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li d-dispożizzjoni in kwistjoni taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment iktar importanti ta’ ħaddiema migranti. Biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni hija suxxettibbli li tipproduċi effett bħal dan(54).

82.      Huwa wkoll immaterjali jekk il-miżura kkontestata taffettwax, f’ċerti ċirkustanzi, ċittadini ta’ l-Istat in kwistjoni li huma residenti f’partijiet oħra tat-territorju nazzjonali kif ukoll ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn. Sabiex miżura tkun diskriminatorja, mhuwiex meħtieġ li din tqiegħed f’vantaġġ iċ-ċittadini kollha ta’ l-Istat in kwistjoni jew li tqiegħed fi żvantaġġ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn biss, bl-esklużjoni taċ-ċittadini ta’ l-Istat in kwistjoni(55).

83.      Skema bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali għalhekk timponi differenza fit-trattament għad-dannu ta’ ħaddiema migranti.

–       L-applikazzjoni tal-lex loci laboris biex jiġi magħżul ir-reġjun kompetenti ta’ l-Istat kompetenti.

84.      Matul is-seduta, il-Kummissjoni ssuġġeriet ukoll li, skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, il-lex loci laboris għandha tintuża bħala l-uniku fattur ta’ konnessjoni, li jindika kemm l-Istat Membru u l-awtorità deċentralizzata ta’ dak l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli. Altrimenti, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ħaddiem migrant jista’ jitlef benefiċċju li jkun ingħata permezz tad-dritt Komunitarju. Dan iqiegħed fil-periklu is-sistema ta’ koordinazzjoni stabbilita bir-Regolament Nru 1408/71.

85.      Jiena naqbel mal-Kummissjoni.

86.      Biex inkompli bl-illustrazzjoni preċedenti tiegħi: ejja nissoponu li l-istess ċittadin Franċiż li ħa impieg f’Hoegaarden għall-bidu jiddeċiedi li jivvjaġġa bejn ix-xogħol u d-dar tiegħu f’Givet. Huwa jagħmel dan għal numru ta’ snin. Imbagħad jiddeċidi li l-ħajja tkun iktar faċli għall-familja kollha jekk jiċċaqilqu iktar viċin lejn il-post tax-xogħol tiegħu u jistabbilixxi ruħu f’Jodoigne. Hekk kif ittrasferixxa r-residenza tiegħu minn Franza għar-reġjun fil-Belġju fejn hu mitkellem il-Franċiż, filwaqt li kompla jaħdem fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż, hu se jitlef il-benefiċċji ta’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga. Huwa ovvju li dan jista’ jiddisswadieh milli jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu u tar-residenza.

87.      Meta tiġi kkunsidrata b’mod superfiċjali, is-sitwazzjoni li għadni kif iddeskrivejt tidher li hija dik maħsuba fl-Artikolu 21 (4) tar-Regolament Nru 1408/71: ħaddiem li preċedentement ma kienx residenti fl-Istat kompetenti jittrasferixxi r-residenza tiegħu fl-Istat kompetenti, fil-każ in eżami fil-Belġju.

88.      L-Artikolu 21(4) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi li ħaddiem migrant għandu jirċievi jew ikompli jirċievi benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat kompetenti. Prima facie is-sitwazzjoni taħt l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura Fjamminga tidher li tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit peress li l-migrant Franċiż huwa ttrattat skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat kompetenti, fil-każ in eżami l-leġiżlazzjoni Fjamminga.

89.      Madanakollu hawn żewġ difetti f’dan ir-raġunament.

90.      L-ewwel nett, il-konklużjoni prima facie li m’hemm l-ebda inegwaljanza fit-trattament hija dipendenti fuq li jsir paragun bejn ċittadin Franċiż li jiċċaqlaq għall-parti tal-Belġju fejn huwa mitkellem il-Franċiż ma’ ċittadin Belġjan li jgħix fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Franċiż.

91.      Kif indikajt iktar qabel, dan huwa paragun żbaljat.

92.      It-tieni nett, kif korrettement osservat il-Kummissjoni matul is-seduta, is-sistema ta’ koordinazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 hija bbażata fuq l-idea li l-iskemi tas-sigurtà soċjali jiġu organizzati abbażi ta’ l-Istati Membri.

93.      Meta l-Artikolu jagħmel il-lex loci laboris applikabbli, dan jassumi kemm li l-entità territorjali fejn jinsab il-post tax-xogħol hija kompetenti li tagħti l-benefiċċji rilevanti, u li hija kompetenti li tagħmel dan fuq bażi ugwali għal kull minn jaħdem ġewwa dak it-territorju.

94.      Bl-istess mod, meta l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi li ħaddiem migrant hekk kif jiċċaqlaq fl-Istat kompetenti għandu jirċievi jew ikompli jirċievi benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat kompetenti, dan jassumi li l-Istat kompetenti huwa tabilħaqq kompetenti li jagħti lill-ħaddiem migrant ikunu liema jkunu l-benefiċċji li jagħti liċ-ċittadini tiegħu. Madanakollu, fil-kawża preżenti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat kompetenti hija, fil-fatt, kompetenti rigward parti biss mit-territorju ta’ dak l-Istat.

95.      Sabiex il-ħaddiem Franċiż fl-eżempju tiegħi jiġi mogħti l-benefiċċji, dan għandu jew ikompli jgħix fi Franza jew jiċċaqlaq, mhux biss għall-Istat kompetenti (il-Belġju), iżda għal dik il-parti ta’ l-Istat kompetenti fejn l-awtorità kompetenti hija kompetenti (ir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali).

96.      Is-soluzzjoni hija li tiġi użata l-lex loci laboris biex tiġi magħżula l-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli, kemm fir-rigward ta’ l-Istat Membru (il-Belġju) u kemm fir-rigward ta’ l-awtorità deċentralizzata ta’ l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli (il-Komunità Fjamminga). Is-sitwazzjoni deskritta fl-eżempju tiegħi imbagħad tiġi effettivament mqabbla ma’ dik prevista fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1408/71, li jipprovdi li persuna tgawdi l-benefiċċji tagħha anki jekk tirrisjedi “fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti”, jiġifieri fil-każ in eżami kullimkien barra r-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali.

97.      Soluzzjoni bħal din tipprovdi wkoll konsistenza fl-użu tat-terminu “Stat” fir-Regolament Nru 1408/7. Jekk il-post tax-xogħol jiddetermina l-Istat kompetenti, ir-referenzi għall-Istat kompetenti fir-Regolament Nru 1408/71 għandhom jinqraw ukoll (fejn meħtieġ) bħala referenzi għall-entità kompetenti fi ħdan l-Istat Membru kompetenti.

–       Jekk il-kundizzjoni ta’ residenza għandha tiġi analizzata bħala ostakolu għall-moviment liberu u/jew bħala diskriminazzjoni indiretta għad-dannu tal-ħaddiema migranti, din hija oġġettivament iġġustifikata?

98.      L-ostakolu jew it-trattament divrenzjali in kwistjoni huwa bbażat fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi li huma indipendenti min-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati u proporzjonati ma’ l-għan leġittimament segwit mid-dritt nazzjonali?(56).

99.      Il-Gvern Fjamming isostni li r-rekwiżit tar-residenza huwa inerenti fid-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan l-Istat Federali Belġjan. Id-differenza fit-trattament tirriżulta mhux minn diskriminazzjoni, iżda mill-fatt li l-Komunità Fjamminga m’għandha ebda kompetenza fir-rigward ta’ persuni li jirrisjedu f’ wieħed mir-reġjuni lingwistiċi l-oħra tal-Belġju. Skond il-liġi Kostituzzjonali Belġjana, persuni bħal dawn jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunitajiet fejn hu mitkellem il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Dawn il-komunitajiet m’għażlux li jistabbilixxu skema ta’ assigurazzjoni għall-kura simili għal dik fil-Komunità Flaming. Li tassimila differenzi fit-trattament bħal dawn għal diskriminazzjoni tkun qed iċċaħħad Stati Membri mid-dritt li jagħżlu struttura federali komposta minn entitajiet federati awtonomi li jadottaw regoli applikabbli biss għal dik il-parti tat-territorju nazzjonali li għaliha huma kompetenti.

100. Jien ma naċċettax dan l-argument.

101. Huwa paċifiku li Stat Membru ma jistax jeċċepixxi dispożizzjonijiet, prattiċi jew sitwazzjonijiet fis-sistema legali interna tiegħu, inklużi dawk li jirriżultaw mill-organizzazzjoni federali tiegħu, sabiex jiġġustifika nuqqas li jikkonforma ma’ l-obbligi u t-termini ta’ żmien previsti f’Direttiva(57). Stat Membru jista’ tabilħaqq iqassam il-kompetenzi legali interni, kif jidhirlu. Madanakollu, dan jibqa’ responsabbli skond l-Artikolu 226 KE biex jirrispetta l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju(58). Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li l-validità ta’ miżura Komunitarja jew l-effett tagħha fi ħdan Stat Membru ma tistax tiġi affettwata minn allegazzjonijiet li din tmur kontra l-prinċipji ta’ l-istruttura Kostituzzjonali nazzjonali(59).

102. L-istess għandu japplika a fortiori għal ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat(60) u tad-dispożizzjonijiet li huma direttament applikabbli minn regolament.

103. Għalhekk, filwaqt li l-argument li l-Komunità Fjamminga ma kellhiex il-kompetenza meħtieġa biex tilleġiżla rigward persuni li ma jgħixux fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali jista’ jinfthiem minn perspettiva domestika, dan m’għandu l-ebda rilevanza fuq il-kwistjoni dwar jekk ir-rekwiżit tar-residenza jikkonformax jew le mad-dritt Komunitarju.

104. Il-Gvern Fjamming jargumenta li analiżi bħal din tagħmil de facto impossibbli għal Stati Membri li jadottaw struttura federali. Jien ma naċċettax din l-allegazzjoni.

105. Il-Belġju mhuwiex l-uniku Stat Membru li għażel struttura federali jew deċentralizzata b’mod ieħor. Id-dritt Komunitarju m’għamilx impossibbli għal Stati Membri federali oħra, u/jew għall-awtoritajiet deċentralizzati tagħhom, li jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom kif imfissra mil-liġi nazzjonali. Madanakollu, Stat Membru ma jistax juża l-istruttura deċentralizzata tiegħu bħala kappa sabiex jiġġustifika n-nuqqas li jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju.

106. Jista’ jingħad li, jekk huwa l-każ, awtoritajiet deċentralizzati ta’ Stati Membri għandhom bżonn mekkaniżmu li permezz tiegħu jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, speċjalment meta l-Istat Membru stess mhuwiex kompetenti. (Jien nżid ngħid bħala parenteżi li argumenti analogi jqumu fir-rigward tal-locus standi f’kawżi diretti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikoli 230 KE(61)).

107. Dan huwa punt ġust. Madanakollu jistgħu jsiru arranġamenti istituzzjonali xierqa, sabiex tiġi assigurata particpazzjoni bħal din fil-proċess leġiżlattiv Komunitarju. Dan jista’ jintlaħaq, per eżempju, permezz ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 203 KE, li impliċitament jippermetti lill-Ministru reġjonali li jirrappreżentaw l-Istati Membri tagħhom fil-Kunsill. Jien ninnota li dawn l-arranġamenti, tabilħaqq, saru fi ħdan l-istruttura Kostituzzjonali Belġjana(62).

108. In-nuqqas ta’ kompetenza preżunta tal-Komunità Fjamminga li tilleġiżla fir-rigward ta’ persuni li ma jgħixux fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali għalhekk ma jistax jiġi invokat bħala ġustifikazzjoni oġġettiva.

109. Minbarra dan il-Gvern Fjamming jargumenta li persuni li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż iżda li jgħixu fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż jistgħu dejjem japplikaw għas-sistema għall-kura tal-Komunità Franċiża(63). Madanakollu, la l-Komunità Franċiża u lanqas il-Komunità fejn hu mitkellem il-Ġermaniż apparentement ma stabbilixxew assigurazzjoni għall-kura ekwivalenti. Dan l-argument għalhekk jaqa’.

110. Safejn għandhom x’jaqsmu ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jaħdmu fil-Belġju u ċittadini Belġjani li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu, it-tieni u t-tielet domandi mressqa għandhom għalhekk jiġu risposti fis-sens li l-Artikolu 39 u 43 KE u l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludu Komunità awtonoma ta’ Stat Membru federali milli tadotta dispożizzjonijiet li, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, tippermetti biss persuni li jirrisjedu fit-territorju li għalih dik il-Komunità awtonoma hija kompetenti jew fi Stat Membru ieħor li jkunu assigurati taħt u koperti bi skema ta’ sigurtà soċjali fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-regolament, bl-esklużjoni ta’ persuni, tkun liema tkun in-nazzjonalità tagħhom, li jirrisjedu f’parti mit-territorju ta’ l-istess Stat Federali li għaliha hija kompetenti Komunità awtonoma oħra.

111. Peress li wasalt għal din il-konklużjoni, mhuwiex meħtieġ li jiġi eżaminat jekk persuni bħal dawn jistgħux ukoll jinvokaw drittijiet taħt l-Artikolu 18 KE, li jagħti dritt ġenerali fuq kull ċittadin ta’ l-Unjoni biex jiċċaqlaq u jirrisjedi liberament ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, soġġett għal ċerti limitazzjonijiet. Fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, din id-dispożizzjoni hija artikolata b’mod speċifiku fl-Artikolu 39 KE. Fir-rigward ta’ persuni li eżerċitaw drittijiet ekonomiċi klassiċi ta’ moviment liberu, għalhekk mhuwiex meħtieġ li tingħata deċiżjoni separata dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 18 KE (64).

 Ċittadini Belġjani li m’għamlux użu mid-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu

112. Dan il-grupp għandu jitqies bħala li jinsab f’sitwazzjoni purament interna li taqa’ barra mill-iskop tad-dritt Komunitarju?

113. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li r-regoli tat-Trattat f’dan il-qasam tal-moviment liberu tal-persuni u l-atti li jeżegwuhom ma jistgħux jiġu applikati għall-attivitajiet li ma jippreżentaw l-ebda fattur ta’ rabta ma’ kwalunkwe sitwazzjoni prevista mid-dritt Komunitarju u li l-elementi rilevanti kollha jseħħu ġewwa Stat Membru wieħed biss(65).

114. B’mod iktar speċifiku, f’Petit, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolament Nru 1408/71 ma japplikax għal sitwazzjonijiet li jseħħu għal kollox ġewwa Stat Membru wieħed biss(66). Ir-rikorrent f’dik il-kawża kien ċittadin Belġjan, kien dejjem irrisjeda fil-Belġju u kien ħadem biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

115. Meta tiġi analizzata f’termini tal-libertajiet ekonomiċi klassiċi, is-sitwazzjoni tal-Belġjani li qatt ma eżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu, din tidher li hija purament waħda interna. Dan ifisser li din tibqa’ għal kollox mhux affettwata mill-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju?

116. Ikolli nammetti li nsib li hemm xi ħaġa profondament paradossali dwar il-proposta li, għalkemm l-aħħar 50 sena ġew iddedikati għat-tneħħija ta’ ostakoli għall-moviment liberu bejn Stati Membri, awtoritajiet deċentralizzati ta’ Stati Membri jistgħu madanakollu jintroduċu mill-ġdid ostakoli mill-bieb ta’ wara billi jistabbilixxuhom ġewwa Stati Membri. Wieħed jista’ jistaqsi b’mod retoriku, x’Unjoni Ewropea tkun jekk il-moviment liberu huwa ggarantit bejn Dunkirk (Franza) u De Panne (il-Belġju), iżda mhux bejn Jodoigne u Hoegaarden?

117. Minn dak li għedt iktar’il quddiem fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-kunċetti tal-lex loci laboris u ta’ l-Istat kompetenti, jista’ jkun li l-entitajiet li bejniethom attwalment jeħtieġ li jiġu aboliti l-l-ostakoli mhumiex neċessarjament dejjem l-Istati Membri, iżda l-entitajiet li għandhom l-awtorità regolatorja rilevanti (kemm jekk huma Stati Membri jew awtoritajiet deċentralizzati ġewwa Stat Membru wieħed)(67).

118. L-effetti benefiċjali tat-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-moviment liberu bejn l-Istati Membri jistgħu faċilment jiġu mdgħajjfa jekk awtoriatijiet deċentralizzati ta’ Stati Membri għandhom il-kompetenzi rilevanti u huma liberi li jistabbilixxu dawn l-ostakoli bejniethom. Fid-dawl tat-tendenza lejn devoluzzjoni reġjonali f’diversi Stati Membri, din tista’ tkun kwistjoni serja. Tkun kemm tkun ta’ benefiċċju d-devoluzzjoni mill-perspettiva tas-sussidjarjetà (68) u ta’ responsabbiltà demokratika, din ma tistax isseħħ għall-prezz ta’ (de facto) li tipperikola l-qasam tal-moviment liberu jew ta’ l-effet utile tad-dritt Komunitarju.

119. Minbarra dan, is-sitwazzjoni li tqum fil-kawża preżenti hija verżjoni pjuttost kurjuża ta’ “sitwazzjoni purament interna”.

120. Peress li l-Komunitajiet Belġjani u r-Reġjuni jaġixxu bħala leġiżlaturi awtonomi fi ħdan l-isferi tal-kompetenza tagħhom, il-pożizzjoni tagħhom hija, f’dan ir-rigward, ekwivalenti għal dik ta’ Stat Membru. Li kieku l-Komunità Fjamminga kienet Stat Membru indipendenti ta’ l-Unjoni, l-impossibiltà għal dawk li jgħixu fil-Vallonja iżda li jaħdmu fil-Komunità Fjamminga sabiex jaffiljaw ruħhom ma’ l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura Fjamminga b’mod ċar tkun tikser it-Trattat.

121. Din il-kawża għalhekk tippreżenta okkażjoni għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrifletti dwar in-natura u l-bażi loġika wara din id-duttrina fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet purament interni.

122. Il-Gvern tal-Komunità Franċiża u l-Gvern tal-Vallonja jargumentaw li l-moviment liberu għal persuni għandu jieħu l-istess linja, safejn possibbli, mal-moviment liberu tal-merkanzija. F’dan il-kuntest, huma jirreferu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Legros (69), Lancry(70), u Simitzi(71), li jingħad li estendew il-projbizzjoni ta’ barrieri permezz ta’ tariffi għal projbizzjoni simili rigward fruntieri reġjonali ġewwa Stat Membru. B’analoġija, l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga għandha titqies bħala ekwivalenti għal ostakolu tat-tariffi interni fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni.

123. Sabiex jiġi evalwat dan l-argument, huwa meħtieġ li jiġi eżaminat ir-raġunament wara l-estensjoni tal-projbizzjoni ta’ ostakoli permezz ta’ tariffi li jaffettwaw il-moviment liberu tal-merkanzija għal sitwazzjonijiet interni. F’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tinvoka kemm kunsiderazzjonijiet prattiċi u anki kunċettwali.

124. F’Lancry, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li t-taxxi bħal dawk in kwistjoni f’din il-kawża kienu imposti fuq il-merkanzija kollha. Fil-prattika jkun virtwalment impossibbli li ssir distinzjoni bejn prodotti ta’ oriġini domestika u dawk minn Stati Membri oħrajn. Jekk jiġi vverifikat f’kull każ jekk prodott partikolari fil-fatt oriġinax fi Stat Membru ieħor, dan jagħti lok għal proċeduri amministrattivi u għal iktar dewmien li minnhom infushom jikkostitwixxu ostakoli għall-moviment liberu tal- merkanzija(72).

125. Din il-ġustifikazzjoni pragmatika għal projbizzjoni ta’ ostakoli permezz ta’ tariffi interni li jaffettwaw il-moviment liberu ta’ merkanzija madanakollu ma tistax tiġi trasposta għall-moviment liberu tal-persuni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu għal persuni ma fihomx projbizzjoni ekwivalenti għal dik dwar ostakoli permezz ta’ tariffi kif stipulat fl-Artikolu 25 KE.

126. Madanakollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, pprovdiet ukoll spjegazzjoni kunċettwali tal-ġurisprudenza tagħha dwar ostakoli permezz ta’ tariffi interni.

127. F’Carbonati, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-ġustifikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ dazji doganali u ta’ taxxi b’effett ekwivalenti hija li l-imposti finanzjarji, applikati minħabba l-qsim ta’ fruntiera, jammontaw għal ostakolu għall-moviment liberu(73). Din kompliet issostni, f’termini iktar wiesgħa, li l-prinċipju stess ta’ unjoni doganali, kif previst mill-Artikolu 23 KE, jirrikjedi li l-moviment liberu tal-merkanzija jiġi assigurat fit-territorju kollu ta’ l-unjoni doganali. Jekk l-Artikoli 23 u 25 KE jagħmlu referenza biss espressament għal kummerċ bejn Stati Membri, dan għaliex l-awturi tat-Trattat assumew li l-ebda imposti li għandhom il-karatteristiċi ta’ dazji doganali ma kienu jeżistu fi ħdan Stati Membri individwali.

128. Il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad ikkonkludiet ir-raġunament tagħha b’dikjarazzjoni iktar ġenerali. Din irrilevat li l-Artikolu 14(2) KE, meta jiddeskrivi s-suq intern bħala “arja bla fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat”, ma jagħmel ebda distinzjoni bejn fruntieri interStatali u fruntieri fi ħdan Stat wieħed. L-Artikolu 23 KE għandu jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 14(2) KE. Isegwi li n-nuqqas ta’ imposti bejn jew fi Stati Membri huwa essenzjali biex iseħħu l-unjoni doganali u l-moviment liberu ta’ merkanzija(74).

129. Jidhirli, għall-inqas potenzjalment, li l-istess raġunament jista’ jiġi applikat b’analoġija mal-moviment liberu tal-persuni. Għalfejn id-dispożizzjonijiet dwar moviment liberu ta’ persuni m’għandhomx bl-istess mod jinqaraw flimkien ma’ l-Artikolu 14(2) KE? Tabilħaqq, kuntrarjament għall-Artikolu 25 KE, l-Artikolu 39 KE ma jirreferix espliċitament biss għal sitwazzjonijiet bejn il-fruntieri. Dan pjuttost jistipula li l-moviment liberu jkun jinvolvi d-dritt ta’ moviment liberu f’territorju ta’ Stati Membri bl-għan li jiġu aċċettati offerti ta’ impieg li effettivament isiru. L-Avukat Ġenerali Warner innota daqstant fil-kawża Saunders(75) fejn argumenta li d-dritt li joħroġ mill-Artikolu 39 KE huwa “prima facie wieħed ta’ aċċess għal kull parti ta’ kull territorju. Dan huwa kif wieħed jistenna, peress li l-moviment liberu tal-persuni għandu bħala għan li jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ suq komuni li fih iċ­-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha jistgħu jieħdu parti f’attività ekonomika kullimkien fit-territorju tal-Komunità […]”

130. L-istess bħal fil-każ ta’ l-Artikoli 23 u 25 KE, l-awturi tat-Trattat setgħu assumew meta pprevedew il-moviment liberu għal persuni fi ħdan il-Komunità li ostakoli interni fi Stat Membru wieħed bħal dak in kwistjoni f’dan il-każ kienu ser jiġu aboliti(76).

131. Fil-konklużjonijiet tiegħu f’Lancry, l-Avukat Ġenerali Tesauro innota l-“paradoss ta’ suq wieħed li fih ostakoli għall-kummerċ bejn il-Portugall u d-Danimarka huma pprojbiti, filwaqt li ostakoli għall-kummerċ bejn Napli u Capri huma immateriali, […] (77). Huwa kkonkluda li ma kinitx il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżolvi dan il-paradoss(78), u wissa li jekk tagħmel hekk fir-rigward ta’ ostakoli permezz ta’ tariffi interni, dan kien iqiegħed f’dubju l-ġursiprudenza stabbilita dwar sitwazzjonijiet purament interni, mhux biss rigward tal-merkanzija, iżda wkoll fir-rigward ta’ servizzi u persuni b’mod ġenerali.

132. Filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma segwietx lill-Avukat Ġenerali Tesauro f’dan ir-rigward, sa issa għadha ma kkunsidratx għal kollox l-implikazzjonijiet, għall-moviment liberu tal-persuni, tal-ġustifikazzjoni kunċettwali li ressqet għall-abolizzjoni ta’ ostakoli permezz ta’ tariffi interni li jaffettwaw il-moviment liberu tal- merkanzija.

133. Raġuni addizzjonali biex isir dan jista’ tinsab fl-Artikoli tat-Trattat dwar iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni.

134. Fil-verità, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni, kif prevista fl-Artikolu 17 KE, mhijiex intiża li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tat-Trattat għal sitwazzjonijiet interni li m’għandhom ebda rabta mad-dritt Komunitarju. (79)

135. Madankollu, din id-dikjarazzjoni tirrikjedi li wieħed isolvi l-mistoqsija li loġikament tiġi qabel dwar liema sitwazzjonijiet, interni jew le, huma meqjusa li m’għandhom ebda rabta mad-dritt Komunitarju.

136. It-tweġiba ma tistax tkun li hekk imsejħa “sitwazzjonijiet interni” kollha huma awtomatikament nieqsa minn kull rabta mad-dritt Komunitarju. (80) L-Artikolu 141 KE dwar paga ugwali għall-irġiel u għan-nisa jipprovdi eżempju ċar ta’ dispożizzjoni applikabbli għal sitwazzjonijiet li huma normalment għal kollox interni għal Stat Membru. Id-domanda dwar jekk is-sitwazzjoni hijiex interna hija għalhekk konċentwalment distinta mid-domanda jekk hemmx rabta mad-dritt Komunitarju. Iż-żewġ domandi għandhom jiġu mwieġba fid-dawl ta’ l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.

137. Huwa veru li fis-sentenza Uecker u Jacquet il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat fil-konklużjoni tagħha li l-Artikolu 17 KE ma jaffettwax sitwazzjonijiet interni li m’għandhom l-ebda rabta mad-dritt Komunitarju billi fakkret li l-Artikolu 47 UE “jipprovdi li ebda ħaġa f’dan it-Trattat m’għandha taffettwa t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewopej, skond id-dispożizzjonijiet li espressament jemendaw dawn it-Trattati” (81). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “kull diskriminazzjoni li ċittadini ta’ Stati Membri jistgħu ibatu taħt il-liġi ta’ dak l-Istat taqa’ fi ħdan l-iskop ta’ dik il-liġi u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tas-sistema legali interna ta’ dak l-Istat.” (82)

138. Bir-rispett kollu, jien miniex konvinta li l-Artikolu 47 jipprovdi tweġiba konklużiva dwar dan il-punt. Interpretazzjoni differenti u plawżibbli ta’ din id-dispożizzjoni hija li l-iskop ewlieni tagħha huwa li jiġi protett l-acquis communautaire milli jiġi affettwat mid-dispożizzjonijiet ta’, u d-deċiżjonijiet li ttieħdu skond, Titolu V u Titolu VI tat-Trattat ta’ l-UE. (83) Jien insibha diffiċli li naċċetta li l-Artikolu 47 kien intiż biex jipproteġġi ċerti partijiet mit-Trattat KE eżistenti minn partijiet oħrajn, bħall-Artikoli dwar iċ-ċittadinana, li kienu ġew inseriti b’emenda f’dan l-istess Trattat permezz tat-Trattat ta’ Maastricht. Li kieku veru dan kien il-każ, il-loġika kienet tiddetta li d-dispożizzjonijiet kollha mdaħħlin fit-Trattat tal-KE bit-Trattat ta’ Maastricht għandhom jitqiesu bħal ta’ natura separata tad-dritt Komunitarju li ma jistgħux jinteraġġixxu ma’ jew jaffettwaw il-bqija tad-dritt Komunitarju. Dan jidher li huwa evidentement żbaljat.

139. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet l-ewwel fis-sentenza Grzelczyk (84) u kkonfermat iktar reċenti mis-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Olanda,(85) iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni hija intiża li tkun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri u b’hekk tippermetti lil dawk li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni li jiksbu, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, l-istess trattament ġuridiku(86)

140. Reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja wriet ix-xewqa tagħha li tasal għal konsegwenzi xierqa f’sentenzi bħal Tas-Hagen(87) u Turpeinen(88) u Il-Kummissjoni vs L-Olanda(89). Jidhirli li għall-inqas potenzjalment, id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċittadinanza bl-istess mod jikkontestaw is-sostenibbiltà tad-dottrina dwar sitwazzjonijiet purament interni fil-forma preżenti tagħha(90).

141. Il-każ preżenti joqrob ħafna lejn sitwazzjoni klassika ta’ bejn il-fruntieri kif preżumibbilment tista’ tagħmel sitwazzjoni interna. Dan għalhekk jenfasizza l-arbitrarjetà ta’ jekk tingħata wisq importanza għal qsim ta’ fruntiera nazzjonali(91).

142. Il-grupp ta’ persuni kkonċernati (ċittadini Belġjani li ma eżerċitawx drittijiet ekonomiċi klassiċi ta’ moviment liberu), li filwaqt li huma ċittadini Belġjani, huwa wkoll (għal din l-istess raġuni) ċittadini ta’ l-Unjoni (l-Artikolu 17 KE)(92). M’hemm ebda kwistjoni dwar it-tip ta’ nazzjonalità li għandhom, jew jekk din tikkwalifkhomx biex jitlobu ċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni (mhux bħas-sitwazzjoni fil-kawża Kaur)(93). Dawn jaqgħu ratione personae preċiżament fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat.

143. Permezz taċ-ċittadinanza, taħt id-dritt Komunitarju huma għandhom dritt mhux biss għal moviment iżda wkoll ta’ residenza libera kullimkien ġewwa t-territorju ta’ l-Unjoni (l-Artikolu 18 KE). Il-ġurisprudenza preċedenti dwar l-Artikolu 18 iffukat fuq il-moviment. Iżda dan l-artikolu jitħaddet ukoll dwar dritt ta’ residenza.

144. Li kellha ssegwi din il-linja ta’ analiżi, il-Qorti tal-Ġustizzja kien ikollha għalfejn tiddeċidi dwar jekk fuq interpretazzjoni xierqa, “id-dritt tal-moviment u tar-residenza libera fit-territorju ta’ l-Istati Membri”(94) fl-Artikolu 18 KE jfissirx “il-libertà ta’ tmur minn post għal ieħor u imbagħad li tirrisjedi” (jiġifieri, il-libertà li tirrisjedi titnissel minn/toħroġ mill-eżerċizzju preċedenti tal-libertà ta’ moviment) jew jekk tfissirx “il-libertà kemm li tmur minn post għal ieħor u li tirrisjedi” (biex b’hekk huwa possibbli li teżerċita l-libertà li tirrisjedi/tkompli tirrisjedi mingħajr ma l-ewwel tiġi eżerċitata l-libertà li wieħed jiċċaqlaq bejn l-Istati Membri).

145. Il-benefiċċju li għalih il-persuni kkonċernati jixtiequ li jkollhom aċċess huwa wieħed li, kif indikajt, jaqa’ bl-istess mod preċiżament fi ħdan l-iskop tar-Regolament 1408/71. Huwa għalhekk jaqa’ b’mod ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tat-Trattat. Anki li ma kienx, niftakar li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet lesta li ssostni f’Tas-Hagen li l-Artikolu 18 jista’ jagħti aċċess għal benefiċċju permezz ta’ l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jeżerċitaw setgħat li huma fi ħdan il-kompetenza tagħhom b’mod li huwa konsistenti mad-dritt Komunitarju(95).

146. Fuq pjan kunċettwali, jidher sfortunat li benefiċċju li, fil-fehma tiegħi, huwa evidentement il-“parti l-kbira” tas-sigurtà soċjali u li huwa disponibbli kemm għal dawk li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali u li jgħixu ġewwa dawk il-partijiet tat-territorju nazzjonali u għal dawk li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali u li eżerċitaw drittijiet ekonomiċi “klassiċi” tal-moviment liberu għandhom bħala definizzjoni ma jkunux disponibbli għal dawk li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew ir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali iżda li jgħixu fir-reġjuni fejn hu mitkellem il-Franċiż jew il-Ġermaniż.

147. L-Artkolu 12 KE fih projbizzjoni fformulata f’termini wiesgħa ta’ diskriminazzjoni fir-rigward ta’ dak li hu kopert bit-Trattat. Manifestazzjoni ulterjuri tista’ tinstab fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71. In-non diskriminazzjoni hija wkoll, ovvjament, waħda mill-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju. Hija teħtieġ li sitwazzjonijiet simili ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali sakemm trattament bħal dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat(96). L-importanza tan-nondiskriminazzjoni hija enfasizzata bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea(97) (l-Artikolu 21) u bl-inizjattiva leġiżlattiva tal-Kunsill li jistabbilixxi żewġ Direttivi prinċipali, abbażi ta’ l-Artikolu 13 KE, li jipprojbixxu diversi forom speċifiċi ta’ diskriminazzjoni(98). In-non diskriminazzjoni hija wkoll (ovvjament) stabbilita fit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (l-Artikolu I-4, l-Artikolu II-81, u l-Artikolu III). Għalhekk id-diskriminazzjoni hija interpretata bħala li hija mistmerra u li hija xi ħaġa li għandha tiġi pprojbita.

148. Fis-sentenza tagħha fil-kawża Kenny(99), il-Qorti tal-Ġustizzja tidher li kienet diġà tat x’tifhem li fi ħdan il-qasam tal-liġi tas-sigurtà soċjali,, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni jista’ jimpedixxi d-diskriminazzjoni kuntrarja(100).

149. B’mod iktar ġenerali, l-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara fis-sentenza Eman li d-diskriminazzjoni minn Stat Membru kontra ċ-ċittadini tiegħu stess tista’ tmur kontra d-dritt Komunitarju taħt ċerti ċirkustanzi. F’dak il-każ, ċittadin Olandiż residenti f’pajjiż mhux membru kellu d-dritt tal-vot u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru fl-Olanda filwaqt li ċittadin Olandiż li kien residenti fl-Antilli Olandiżi jew fl-Aruba ma kellux dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li filwaqt li fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, l-Istat Membri setgħu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tad-dritt sabiex wieħed joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew b’referenza għall-kriterju ta’ residenza fit-territorju li fih jiġu organizzati l-elezzjonijiet, il-prinċipju ta’ trattament ugwali madankollu pprojbixxa li l-kriterji magħżula jkollhom bħala effett li ċittadini li jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati b’mod differenti, sakem din id-differenza fit-trattament ma kinitx oġġettivament iġġustifikata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan ma kienx il-każ(101).

150. Jekk l-analiżi li jien għamilt iktar’il quddiem hija korretta, l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju se tirriżulta li l-benefiċċju għall-kura Fjamminga, li huwa diġà disponibbli għal dawk kollha li jgħixu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-kapitali, għandu wkoll ikun disponibbli (a) għal ħaddiema migranti “klassiċi” tal-KE (ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali tal-Belġju iżda li jirrisjedu fir-reġjuni fejn hu mitkellem il-Franċiż jew il-Ġermaniż jew fl-Istat Membru tagħhom) (b) lil Belġjani li diġà eżerċitaw d-dritt tal-moviment liberu, sabiex jiġi evitat l-effett dissważiv fuq l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet(102).

151. Għalhekk, it-taħlita ta’ l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali u l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju tipproduċi sitwazzjoni li fiha l-unika kategorija ta’ persuni li jirrisjedu fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż jew fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Ġermaniż li ma jistgħux jaċċedu għall-benefiċċju għall-kura Fjamminga huma l-Belġjani li ma eżerċitawx id-dritt tradizzjonali tal-moviment liberu, iżda li eżerċitaw (u jkomplu jeżerċitaw) id-dritt li jirrisjedu f’parti partikolari tal-Belġju. Minbarra dan, id-differenza fit-trattament bejn dawn il-persuni minn naħa, u ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u Belġjani li eżerċitaw drittijiet ekonomiċi klassiċi tal-moviment liberu, min-naħa l-oħra, tqum preċiżament minħabba li d-dritt Komunitajru jintervjeni biex timpedixxi it-trattament inqas favorevoli lil dan l-aħħar grupp(103). Jekk imbagħad wieħed japplika t-test li hu familjari mill-ġurisprudenza dwar id-diskriminazzjoni, jidher li għajr għad-deċiżjoni tagħhom li jirrisjedu fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż għalkemm jaħdmu fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż, l-ewwel grupp ikun jista’ jaċċedi għal dan il-benefiċċju.

152. Il-Gvern tal-Komunità Franċiża inċidentalment jissolleva argument interessanti abbażi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Iżvizzera dwar il-moviment liberu għal persuni (iktar’il quddiem il-“Ftehim KE-Żvizzera”)(104). L-Artikolu 7(b) ta’ dan il-Ftehim jimponi fuq il-Partijiet Kontraenti li jirregolaw id-’dritt għall-mobilità okkupazzjonali u ġeografika li jagħmel possibbli għal ċittadini tal-Partijiet Kontraenti li jiċċaqilqu liberament minn post għal ieħor ġewwa t-territorju ta’ l-Istat ospitanti u li jsegwu x-xogħol ta’ l-għażla tagħhom’. Din id-dispożizzjoni tidher tabilħaqq li tagħti espressament liċ-ċittadini Żvizzeri d-dritt tal-moviment liberu, mhux biss bejn l-Iżvizzera u d-diversi Stati Membri, iżda anki bejn partijiet differenti tat-territorju ta’ Stat Membru individwali.

153. Jekk dan huwa l-każ, ir-riżultat paradossali jkun li ċittadin Żvizzeru (bħal ċittadin ta’ Stat Membru ieħor) ikun intitolat għall-moviment liberu f’kull parti tal-Belġju, filwaqt li ċittadin Belġjan ikun jista’ igawdi biss tali drittijiet tal-moviment liberu ġewwa l-Belġju li jista’ jkollu skond il-liġi nazzjonali. Sa dal-punt, il-Ftehim KE-Żvizzera joħloq kuntrast iktar qawwi fuq il-fatt li, jekk jiġi aċċettat l-argument tradizzjonali “tas-sitwazzjoni purament interna”, ċittadini Belġjani li ma eżerċitawx id-drittijiet ekonomiċi klassiċi tal-moviment liberu huma, permezz ta’ l-operazzjoni tad-dritt Komunitarju (flimkien mal-liġi nazzjonali), l-unika klassi ta’ persuni li jirrisjedu jew li jiċċaqilqu fl-Unjoni li kontra tagħhom il-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-assigurazjoni għall-kura Fjamminga jistgħu jiddiskriminaw b’impunità.

154. F’ċirkustanzi bħal dawn, fil-fehma tiegħi, jista’ jkun hemm każ prima facie biex jintqal li grupp ta’ ċittadini Belġjani li ma eżerċitawx drittijiet ekonomiċi klassiċi tal-moviment liberu madankollu bħala prinċipju jaqgħu fl-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju u/jew huma suffiċjentement affettwati bl-applikazzjoni tiegħu li għandu jkun possibbli għalihom li jinvokaw id-dritt Komunitarju(105).

155. Kull diskriminazzjoni kontra dan il-grupp tkun, ovvjament, indiretta pjuttost milli diretta. Għal din ir-raġuni, ikun possibbli għall-Istati Membri li jressqu argumenti ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva. Mhuwiex diffiċli li wieħed jipprevedi ċ-ċirkustanzi li fihom din il-ġustifikazzjoni oġġettiva tista’ potenzjalment issir. Wieħed jista’ faċilment jimmaġina (per eżempju) li, sabiex jiġi promoss reġjun inqas żviluppat ġewwa territorju tiegħu, jew biex jaħdem fuq problema li hija endemika għal reġjun wieħed iżda li ma taffettwax il-bqija tat-territorju tiegħu, Stat Membru jista’ jixtieq li jagħmel ċerti vantaġġi disponibbli biss għal dawk li jgħixu ġewwa reġjun partikolari. Kull ġustifikazzjoni li tkun oġġettivament fondata tħalli lill-Istati Membri possibbiltajiet wiesgħin sabiex japplikaw regoli differenti għal sitwazzjonijiet li, oġġettivament, ikun ħaqqhom trattament bħal dan, filwaqt li tissalvagwardja ċittadini ta’ l-Unjoni kontra diskriminazzjoni arbitrarja li ma tistax tiġi ġġustifikata.

156. M’għandniex xi ngħidu li argurmenti kuntrarji għall-analiżi li għamilt hawn fuq dwar l-impatt taċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni fuq sitwazzjonijiet purament interni, ibbażati fuq il-kompetenzi kontinwi ta’ l-Istati Membri, jistgħu jitressqu’l quddiem(106). Peress li sitwazzjonijiet purament interni tradizzjonalment ġew meqjusin li jaqgħu barra mill-iskop tad-dritt Komunitarju, x’aktarx li l-Istati Membri tabilħaqq ikunu jridu jippreżentaw argumenti bħal dawn quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; u l-argumenti tagħhom ikun meħtieġ li jiġu eżaminati bir-reqqa. Jien għal kollox konxja tal-fatt li, fil-kawża preżenti, Stat Membru wieħed biss (l-Olanda) intervjena. Ikun mixtieq li għal eżaminazzjoni xierqa ta’ l-elementi li jien issuġġerejt hawn fuq li din isseħħ fl-isfond ta’ parteċipazzjoni iktar sħiħa mill-Istati Membri u (bħala korollarju) preżentazzjoni iżjed żviluppata mill-Kummissjoni. Jista’ jkun li, wara eżami iżjed dettaljat, il-każ prima facie li jiena kkunsidrajt mill-aspetti prinċipali tiegħu hawn fuq jiġi kkonfutat.

157. Jiena nissuspetta li l-Qorti tal-Ġustizzja mhux se tkun trid tiddeċidi dwar punt fundamentali bħal dan fil-kawża preżenti (sakemm, ovvjament, ma tiddeċidix li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura orali u tistieden lill-Istati Membri li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din il-kwistjoni); u ma narax ħtieġa assoluta biex tagħmel hekk. Madanakollu jidhirli li dan huwa argument possibbli – u wieħed li huwa prima facie interessanti, għaliex jgħin biex tiġi eradikata d-diskriminazzjoni arbitrarja – li ċittadini ta’ l-Unjoni jistgħu jibbażaw fuq din iċ-ċittadinanza, flimkien mal-prinċipju tan-non diskriminazzjoni, kontra awtorità deċentralizzata li teżerċita mingħajr dubju l-auctoritas ta’ l-Istat, sabiex jaċċedu għal benefiċċju li d-dritt Komunitarju evidentement għandu l-ħsieb li jagħmel disponibbli b’mod wiesgħa lill-ħaddiema kollha u li gruppi ta’ ħaddiema li jaħdmu flimkien jistgħu tabilħaqq jaċċedu għalih permezz ta’ l-intervent tad-dritt Komunitarju.

 Ir-Regolament Nru 1612/68 huwa tabilħaqq applikabbli?(107)

158. Matul is-seduta, ġiet issollevata d-domanda dwar jekk ir-Regolament 1612/68 jistax ikun applikabbli għall-kawża.

159. Dan ir-regolament japplika b’mod ġenerali għall-moviment liberu tal-ħaddiema. Dan għalhekk jista’ japplika għall-vantaġġi soċjali li flimkien jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71(108). Iż-żewġ Regolamenti m’għandhomx l-istess kamp ta’ applikazzjoni ratione personae (109). Il-kunċett ta’ vantaġġ soċjali fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jista’ jkun iktar wiesgħa mill-kunċett ta’ benefiċċju soċjali skond ir-Regolament Nru 1408/71(110).

160. Fejn potenzjalment ir-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 1612/68 jistgħu jidħlu f’xulxin, il-Qorti tal-Ġustizzja ħafna drabi l-ewwel teżamina jekk ir-Regolament Nru 1408/71 huwiex applikabbli. Imbagħad tgħaddi sabiex teżamina l-każ abbażi tar-Regolament Nru 1612/68 fl-okkażjonijiet fejn ir-Regolament Nru 1408/71 jinstab li mhuwiex applikabbli, jew fejn l-allegati ksur tar-Regolament ma jkunux saru(111). Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 huwa iktar speċifiku, jidhirli li dan huwa approċċ sensibbli.

161. Fil-kawża preżenti, nikkunsidra li r-Regolament Nru 1408/71 huwa applikabbli u li l-Artikolu 3(1) tiegħu jipprekludi li ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn u lil ċittadini Belġjani li għamlu użu mid-dritt tagħhom tal-moviment liberu jiġu mċaħħdin mill-aċċess għall-benefiċċju għall-kura Fjamminga. Persuni f’din is-sitwazzjoni huma għalhekk suffiċjentement protetti bir-Regolament Nru 1408/71 u m’hemm l-ebda ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni skond ir-Regolament Nru 1612/68.

162. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja trid tittratta cittadini Belġjani illi m’għamlux użu mid-dritt ekonomiku klassiku tal-moviment liberu bħala li xorta waħda huma intitolati għall-protezzjoni skond id-dritt Komunitarju, bl-istess mod ma jkunx meħtieġ li tiġi eżaminata l-pożizzjoni tagħhom mill-perspettiva ta’ Regolament Nru 1612/68. Li kellha l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dawn il-persuni jinsbu f’sitwazzjoni purament interna bl-ebda konnessjoni mad-dritt Komunitarju, la r-Regolament Nru 1612/68 u lanqas ir-Regolament Nru 1612/68 ma jista’ japplika.

 Ir-raba’ domanda

163. Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf x’jiġri jekk il-verżjoni attwali (2004) tad-Digriet ta’ l-1999 tirriżulta inkonsistenti mad-dritt Komunitarju. B’mod iktar partikolari, tqum id-domanda jekk id-dritt Komunitarju jipprekludix li wieħed imur lura għas-sistema li kienet fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-Digriet ta’ l-2004, jiġifieri sistema fejn l-aċċess għall-benefiċċji taħt l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga kien b’mod inekwivoku dipendenti fuq ir-residenza fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali, irrispettivament mill-kategorija ta’ min jagħmel it-talba (iktar’il quddiem il-“verżjoni tad-Digriet ta’ l-2001”).

164. Il-Gvern Fjamming isostni li tweġiba għar-raba’ domanda hija neċessarja biss jekk il-verżjoni preżenti tad-Digriet hija inkonsistenti mad-dritt Komunitarju, li, skond is-sottomissjoni tiegħu mhuwiex il-każ.

165. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hija ta’ l-istess fehma tiegħi dwar ir-risposti li għandhom jingħataw għall-ewwel tlett domandi, huwa tabilħaqq meħtieġ li tingħata rispsota għar-raba’ domanda.

166. Permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni informat lill-Gvern Belġjan li fil-fehma tagħha l-verżjoni tad-Digriet ta’ l-2001 kisret l-Artikoli 39 u 43 tat-Trattat kif ukoll ir-Regolament Nru 1408/71. Il-Kummissjoni speċifikament ikkundannat ir-rekwiżit tar-residenza, skond liema persuni biss li jgħixu fir-reġjun Fjamming jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali setgħu ikunu affiljati ma’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga.

167. Il-Parlament Fjamming ħa in kunsiderazzjoni l-ilmenti tal-Kummissjoni u emenda d-Digriet bl-intenzjoni speċifika li jagħmlu kompatibbli mad-dritt Komunitarju(112).

168. Il-Gvern Fjamming jargumenta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali mhumiex interessati li jippromwovu l-moviment liberu għall-ħaddiema migranti, iżda biss li jipproteġġu l-abitanti tar-reġjun fejn hu mitkellem il-Franċiż. Għalhekk is-sitwazzjoni hija purament interna. Dan jirrepeti wkoll l-argument preċedenti tiegħu li, peress li l-istruttura Kostituzzjonali Belġjana timpedixxi li d-Digriet (fi kwalunkwe verżjoni tiegħu) jiġi applikat għall-abitanti tar-reġjuni fejn hu mitkellem il-Franciż jew fejn hu mitkellem il-Ġermaniż, m’hemm l-ebda ksur tad-dritt Komunitarju.

169. Jien ma nsib l-ebda wieħed minn dawn l-argumenti konvinċenti.

170. Rigward l-ewwel wieħed, huwa ovvju li r-rikorrenti huma intitolati biex jiddefendu l-interessi tal-kostitwenza li huma jirrappreżentaw. Madanakollu mhuwiex ċar għalfejn dan il-fatt minnu nnifsu jagħmel is-sitwazzjoni kollha waħda purament interna.

171. Rigward it-tieni wieħed, jien diġà fakkart li skond il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istruttura Kostituzzjonali interna ta’ Stat Membru ma tistax tiskuża ksur tad-dritt Komunitarju.

172. Jekk, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-verżjoni attwali (2004) tad-Digriet hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, l-istess għandu japplika a fortiori għall-verżjoni ta’ l-2001 tad-Digriet.

 Konklużjoni

173. Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, jiena nikkunsidra li d-domandi magħmula mill-Cour d’Arbitrage de Belgique (Qorti ta’ Arbitraġġ), li issa sar il-Cour constitutionnelle (il-Qorti Kostituzzjonali) għandhom jiġu mwieġba kif ġej:

–        Skema ta’ assigurazzjoni għall-kura bħal dik stabbilita mill-Komunità Fjamminga taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, kif imfisser fl-Artikolu 4 tiegħu.

–        Safejn għandhom x’jaqsmu ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jaħdmu fil-Belġju u ċittadini Belġjani li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu, l-Artikolu 39 u 43 KE u l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludu Komunità awtonoma ta’ Stat Membru federali milli tadotta dispożizzjonijiet li, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, tippermetti biss persuni li jirrisjedu fit-territorju li għalih dik il-Komunità awtonoma hija kompetenti jew fi Stat Membru ieħor li jkunu assigurati taħt u koperti bi skema ta’ sigurtà soċjali fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-regolament, bl-esklużjoni ta’ persuni, tkun liema tkun in-nazzjonalità tagħhom, li jirrisjedu f’parti mit-territorju ta’ l-istess Stat Federaku li għaliha hija kompetenti Komunità awtonoma oħra.

–        Id-dritt Komunitarju jipprekludi fejn l-aċċess għall-benefiċċji taħt l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga hija b’mod inekwivoku dipendenti fuq ir-residenza fir-reġjun fejn hu mitkellem l-Olandiż jew fir-reġjun bilingwali ta’ Brussell-Kapitali, irrispettivament mill-kategorija ta’ min jagħmel it-talba.


1 – Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2 – Arbitragehof fil-lingwa Olandiża u Schiedshof fil-lingwa Ġermaniża.


3 – L-isem tal-qorti tar-rinviju ġie mibdul mill-Cour constitutionnelle/Grondwettelijk Hof/ Verfassungsgerichtshof fir-Reviżjoni tal-Kostituzzjoni adottata fis-7 ta’ Mejju 2007 (Moniteur belge tat-8 ta’ Mejju 2007, p. 25 1001 u 25 102).


4 – Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilċu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2), emendat bosta drabi u l-aħħar darba mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 629/2006, tal-5 ta’ April 2006 (ĠU 2006 L 114, p. 1).


5 – Ara K. Lenaerts, Constitutionalism and the many faces of federalism, American Journal of Comparative Law, 1990, p. 205 sa 263.


6 – Ara s-silta magħrufa mid-Dikjarazzjoni Schuman tad-9 ta’ Mejju 1950: “L-Ewropa mhijiex se ssir kollha f’daqqa, jew skond pjan wieħed. Ser tiġi mibnija permezz ta’ twettiq konkret li l-ewwel joħloq solidarjetà de facto”.


7 – Ara għal iktar informazzjoni bl-Ingliż dwar l-istruttura federali pjuttost kumplessa Belġjana, ara P. Peeters, The Federal Structure: Kingdom, Regions and Communities, f’G. Craenen (ed.), The Institutions of Federal Belgium: An Introduction to Belgian Public Law, Leuven/Amersfoort, Acco, 1996, p 55 sa 69. Għal analiżi iktar fil-fond ta’ l-istruttura federali tal-Belġju: A. Alen, K. Muylle, Compendium van het Belgisch staatsrecht, Diegem, Kluwer, 2004, p. 239 sa 499 u M. Uyttendaele, Précis de droit constitutionnel belge. Regards sur un système institutionnel paradoxal, it-tielet edizzjoni, Brussell, Bruylant, 2005, p. 815 sa 1071.


8 – L-Artikolu 2 tal-Kostituzzjoni Belġjana. Il-verżjoni Olandiża u Ġermaniża tal-Kostituzzjoni jirreferu rispettivament għal “Gemeenshcappen” u “Gemeinschaften”


9 – L-Artikolu 3 tal-Kostituzzjoni Belġjana. Il-verżjoni Olandiża u Ġermaniża tal-Kostituzzjoni jirreferu rispettivament għal “Gewesten”, u “Regionen”.


10 – L-Artikolu 4 tal-Kostituzzjoni Belġjana. Il-verżjoni Olandiża u Ġermaniża tal-Kostituzzjoni jirreferu rispettivament għal “taalgebieden” u “Sprachgebiete”. Dwar id-distinżjoni bejn il-komunitajiet, ir-reġjuni u r-reġjuni lingwistiċi, ara P. Peeters, (iċċitat fin-nota 7).


11 – Ara A. Alen, K. Muylle, p. 348 sa 354 u M. Uyttendaele, p. 945 sa 947 (iċċitati fin-nota 7). It-tnejn jirrilevaw li s-sistema ta’ komptenzi esklużivi għandha numru ta’ sfumaturi u derogi.


12 – Ara l-Artikoli 127(2), 128(2), 129(2), 130(2) u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 134, tal-Kostituzzjoni Belġjana u l-Artikolu 19(2) tal-Loi spéciale de réformes institutionnelles [Bijzondere wet tot hervorming der instellingen] (Moniteur belge tal-15 ta’ Awwissu 1980).


13 – Matul dawn il-konkluzjonijiet, ser nirreferi għall-verżjoni tar-Regolament Nru 1408/71 kif kienet fis-seħħ fid-data tas-sentenza tar-rinviju tal-Qorti ta’ Arbitraġġ (10 ta’ Mejju 2006), li jiena nqis bħala l-iktar xierqa għall-qorti tar-rinviju.


14 – Din in-nota tikkonċerna biss il-verżjoni fil-lingwa Ingliża.


15 –      L-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga mhijiex imsemmija fl-Anness IIa.


16 – L-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga mhijiex imsemmija fl-Anness II, Sezzjoni III.


17 –      L-Artikolu 18 jorganizza l-perijodi ta’ assigurazzjoni kollha, ta’ impjieg jew ta’ residenza għall- benefiċċji tal-mard u tal-maternità.


18 – Digriet van de Vlaamse Gemeenschap van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering [Digriet tal-Komunità Fjamminga, tat-30 ta’ Marzu 1999, dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Moniteur belge tat-28 ta’ Mejju 1999, p. 19 149).


19 – Artikolu 9 tad-Digriet ta’ l-1999, kif emendat permezz ta’ l-Artikolu 40 tad-Decreet van de laamse Gemeenshcap van 20 december 2002, houdende bepalingen tot begeleiding van de begroting 2003 [Digriet tal-Komunità Fjamminga, ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002, li fih diversi misuri relatati mal-baġit 2003] (Moniteur belge tal-31 ta’ Diċembru 2002, p. 59 138).


20 – Ara B. Cantillon, L'indispensable réorientation de l'assurance-dépendance flamande/De noodzakelijke heroriëntering van de Vlaamse zorgverzekering, Revue belge de sécurité sociale/Belgisch Tijdschrift voor Sociale Zekerheid, 2004, p. 9-13. Ara wkoll l-għanijiet speċifiċi ta’ l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga u l-funzjonament tagħha S. Rottiers, De weerbaarheid van de Vlaamse zorgverzekering: Waalse klachten en Europese bedenkingen, Antwerpen, Berichten Centrum voor Sociaal Beleid Herman Deleeck, 2005.


21 – Voorstel van Decreet – van de Heer Guy Swennen en Mevrouw Sonja Becq c.s. – houdende de organisatie van de zorgverzekering [Proposta ta’ Digriet – ta’ Guy Swennen u Sonja Becq c.s. – dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Parlementaire Stukken, Vlaams Parlement, 1998-1999, Nru 1239/1, p. 2).


22 – B’mod l-iktar reċenti mid-Decreet van de Vlaamse Gemeenschap van 23 december 2005, houdende bepalingen tot begeleiding van de begroting 2006 [Digriet tal-Komunità Fjamminga tat-23 ta’ Diċembru 2005 li fih diversi miżuri relatati mal-baġit 2006] (Moniteur belge tat-30 ta’ Diċembru 2005, p. 57 499).


23 – Decreet van de Vlaamse Gemeenschap van 30 april 2004 houdende wijziging van het decreet van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering [Digriet tal-Komunità Fjamminga tat-30 ta’ April 2004 li jemenda d-Digriet tat-30 ta’ Marzu 1999 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Moniteur belge tad-9 ta’ Ġunju 2004, p. 43 593).


24 – Is-siltiet in kwistjoni ta’ l-Artikoli 2, 13, 18 u 19 huma ċċitati jew sintetizzati fil-punti 13 sa 17 hawn fuq. L-Artikolu 20 fih regoli speċjali għal ħaddiema li jaħdmu fuq il-fruntieri u l-familji tagħhom. L-Artikolu 25 fih regoli regoli dwar persuni bla xogħol u l-familji tagħhom. L-Artikolu 28 fih regoli dwar pensjonijiet dovuti skond il-leġiżlazzjoni ta’ wieħed jew iktar Stati f’każijiet fejn m’hemmx dritt għal benefiċċji fil-pajjiż ta’ residenza.


25 – Decreet van de Vlaamse Gemeenschap van 25 November 2005 houdende wijziging van het decreet van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering [Digriet tal-Komunità Fjamminga tal-25 ta’ Novembru 2005 li emenda d-Digriet tat-30 ta’ Marzu 1999 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Moniteur belge tat-12 ta’ Jannar 2006, p. 2153).


26 – Korp maħluq skond l-Artikolu 136 tal-Kostituzzjoni Belġjana.


27 – Il-verżjoni wara li saru emendi bid-Decreet van de Vlaamse Gemeenschap van 18 mei 2001 houdende wijziging van het decreet van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering [Digriet tal-Komunità Fjamminga tat-18 ta’ Mejju 2001 li emenda d-Digriet tat-30 ta’ Marzu 1999 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Moniteur belge tat-28 ta’ Lulju 2001, p. 25 712). Din l-emenda kellha bħala għan li ttejjeb l-effettività ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ assigurazzjoni għall-kura: ara voorstel van decreet – van Mevrouw Ria Van den Heuvel, Mevrouw Patricia Seysens, de Heer Guy Swennen en Mevrouw Simonne Janssens-Vanoppen – houdende wijziging van het decreet van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering [proposta ta’ Digriet ippreżentata minn Ria Van den Heuvel, Patricia Seysens, Guy Swennen, u Simonne Janssens-Vanoppen – li jemenda d-Digriet tat-30 ta’ Marzu 1999 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura] (Parlementaire Stukken, Vlaams Parlement, 2000-2001, Nru 540/1, p. 2).


28 – Sentenza 33/2001 tat-13 ta’ Marzu 2001 (Moniteur belge tas-27 ta’ Marzu 2001, p. 10 002).


29 – Sentenza 8/2003 tat-22 ta’ Jannar 2003 (Moniteur belge tat-3 ta’ Frar 2003, p. 4525).


30 – Ara b’mod partikolari s-sentenzi tas-27 ta' Marzu 1985, Hoeckx (249/83, Ġabra p. 973, punti 12 sa 14); tal-5 ta' Marzu 1998, Molenaar (C-160/96, Ġabra p. I-843, punt 20); tat-8 ta’ Marzu 2001, Jauch (C-215/99, Ġabra p. I-1901, punt 25); tal-21 ta’ Frar, 2006, Hosse (C-286/03, Ġabra p. I-1771, punt 37); tat-18 ta’ Lulju 2006, De Cuyper (C-406/04, Ġabra p. I-6947, punt 22); u tat-18 ta’ Jannar 2007, Celozzi (C-332/05, Ġabra p. I-563, punt 17).


31 – Sentenzi Molenaar (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 24 u 25); Jauch (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 28); u Hosse (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 38).


32 – Ara l-punt 15 iktar ’il fuq.


33 – Aktar milli benefiċċju finanzjarju speċjali mhux kontributorju kif imfisser fl-Artikolu 4(2a).


34 – Kif tindika s-sentenza tar-rinviju fl-ewwel domanda tagħha taħt (d), l-assigurazzjoni għall-kura hija ffinanzjata, minn naħa, minn kontribuzzjonijiet annwali tal-membri u, min-naħa l-oħra, minn għotja mħallsa mill-baġit ta’ l-ispejjeż tal-Komunità awtonoma kkonċernata.


35 – Din hija kundizzjoni suffiċjenti sabiex benefiċċju jiġi kklassifikat bħala benefiċċju kontributorju: ara s-sentenza Jauch (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 29 sa 33).


36 – Ara l-punt B. 10.3 tas-sentenza tar-rinviju.


37 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 1992, Meilicke (C-83/91, Ġabra p. I-4871, punt 22); id-digrieti tad-9 ta’ Awwissu 1994, La Pyramide (C-378/93, Ġabra p. I-3999, punt 10), u tal-25 ta’ Mejju 1998, Nour (C-361/97, Ġabra p. I-3101, punt 10) u s-sentenza tal-5 ta’ Frar 2004, Schneider (C-380/01, Ġabra p. I-1389, punt 20).


38 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Diċembru 1995, Bosman (C-415/93, Ġabra p. I-4921, punt 59); tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra (C-379/98, Ġabra p. I-2099, punt 38); tat-22 ta’ Jannar 2002, Canal Satélite Digital (C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 18); Schneider (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 21); ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006, Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (C-217/05, Ġabra p. I-11987, punti 16 u 17) u tad-19 ta’ April 2007, Asociación Nacional de Empresas Forestales (C-295/05, Ġabra p. I-2999, punt 30).


39 – Sentenzi PreussenElektra (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 39); Canal Satélite digital (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 19); Schnedier (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 22); tat-23 ta’ Novembru 2006, Asnef-Equifax u Administración del Estrado (C-238/05, Ġabra p. I-11125, punt 17); u tad-19 ta’ April 2007, Asociación Nacional de Empresas Forestales (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 31).


40 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-23 ta’ Frar 1994, Scholz (C-419/92, Ġabra p. I-505, punt 9); tas-26 ta’ Jannar 1999, Terhoeve (C-18/95, Ġabra p. I-345, punt 27); tat-12 ta’ Diċembru 2002, De Groot, C-385/00, Ġabra p. I-11819 punt 76); tat-2 ta’ Ottubru 2003, Van Lent (C-232/01, Ġabra p. I-11525, punt 14); u tal-21 ta’ Frar 2006, Ritter-Coulais (C-152/03, Ġabra p. I-1711, punt 31).


41 – Sentenza De Groot (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 79) ara wkoll, b’mod partikolari, is-sentenzi Terhoeve (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punti 27 sa 29); u tal-11 ta’ Jannar 2007, ITC ( C-208/05, Ġabra p. I-181, punti 31 sa 34).


42 – It-Trattat ma jipprovdix għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membri. B’mod partikolari, l-Artikolu 42 KE (li flimkien ma’ l-Artikolu 308 KE huwa l-bażi legali tar-Regolament Nru 1408/71) jipprovdi biss għall-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet. Differenzi sostantivi u proċedurali bejn l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta’ Stati Membri, u għalhekk fid-drittijiet tal-persuni li jaħdmu hemmhekk, mhumiex għalhekk affettwati b’din id-dispożizzjoni: ara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2002, Hervein et (C-393/99 u C-394/99, Ġabra p. I-2829, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, is-sentenzi tad-9 ta’ Marzu 2006, Piatkowski (C-493/04, Ġabra p. I-2369, punt 20); u tat-18 ta’ Lulju 2005, Nikula (C-50/05, Ġabra p. I-7029, punt 20), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sistema stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1408/71 hija biss sistema ta’ koordinazzjoni, li tirrigwarda b’mod partikolari, l-għażla tal-leġiżlazzjoni jew tal-leġiżlazzjonijiet applikabbli għall-ħaddiema impjegati u li jaħdmu għal rashom li jeżerċitaw, f’ċirkustanzi differenti, id-dritt tagħhom għall-moviment liberu.


43 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-12 ta’ Lulju 2001, Smits u Peerbooms (C-157/99, Ġabra p. I-5473, punti 44 sa 46); tat-13 ta’ Mejju 2003, Müller-Fauré u Van Riet (C-385/99, Ġabra p. I-4509, punt 100, u l-ġurisprudenza ċċitata); tat-23 ta’ Ottubru 2003, Inizan (C-56/01, Ġabra p. I-12403, punt 17); u tad-19 ta’ April 2007, Stamatelaki (C-444/05, Ġabra p. I-3185, punt 23).


44 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-7 ta’ Lulju 1992, Singh (C-370/90, Ġabra p. I-4265, punt 16); Terhoeve (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 27); tas-27 ta’ Jannar 2000, Graf (C-190/98, Ġabra p. I-493, punt 21); Ritter-Coulais (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 33); tas-17 ta’ Marzu 2005, Kranemann (C-109/04, Ġabra p. I-2421, punt 25); u tad-9 ta’ Novembru 2006, Turpeinen (C-520/04, Ġabra p. I-10685, punti 18 u 19);


45 – Sentenzi tas-7 ta’ Marzu 1991, Masgio (C-10/90 Ġabra p. I-1119, punti 18 u 19); Terhoeve (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 39); tal-15 ta’ Ġunju 2000, Sehrer, (C-302/98, Ġabra p. I-4585, punt 33); De Groot (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 78); Van Lent (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 16); Kranemann (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punt 26); u Turpeinen, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punt 15.


46 – Sentenza Graf (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punti 23 sa 25).


47 – Biex inkun għedt kollox dwar is-suġġett, nixtieq inżid li huwa jista’ jikkunsidra wkoll li jmur f’wieħed mil-kkomuni tar-reġjun fejn huwa mitkellem l-Olandiż li jkollu ċerti faċilitajiet amministrattivi għall-persuni li jitkellmu bil-Franċiż u fejn jista’ jsib skejjel (primarji) bil-Franċiż. L-eqreb skejjel ikunu preżubbilment Wezembeek-Oppem u Kraainem jew Herstappe, kull wieħed ftit iktar minn 40 kilometru lejn il-punent jew il-lvant ta’ Hoergaarden. Ara wkoll J. Clement, Taalvrijheid, bestuurstaal en minderheidsrechtne, Het Belgisch model, Antwrp/Groningen/Oxford, Intersentia, 2003, p. 838 sa 850.


48 – Sentenza Graf (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punti 23 sa 25).


49 – Ara l-punt 55.


50 – Sentenzi tal-25 ta’ Ġunju 1997, Mora Romero (C-131/96, Ġabra p. I-3659, punt 32); tal-21 ta’ Settembru 2000, Borawitz, (C-124/99, Ġabra p. I-7293, punt 24); u Celozzi, (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 22).


51 – Sentenzi tat-23 ta’ Mejju 1996, O’Flynn (C‑237/94, Ġabra p. I-2617, punt 18); Borawitz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, punt 25); u Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 24).


52 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi O’Flynn (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51, punt 20); tas-27 ta’ Novembru 1997, Meints (C-57/96, Ġabra p. I-6689, punt 45); Borawitz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, punt 27); u Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 26).


53 – Sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2001, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-68/99, Ġabra p. I-1865, punti 22 u 23); tas-26 ta’ Mejju 2005, Allard (C-249/04, Ġabra p. I-4535, punt 31); Piatkowski (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, punt 19); u Nikula (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, punt 20). F’dan ir-rigward il-punt 34 tas-sentenza Piatowski m’għandux jinqara barra mill-kuntest tiegħu, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li hija ddeċidiet li “t-Trattat KE ma jiggarantixxix lil ħaddiem li l-firxa ta’ l-attivitajiet tiegħu f’iktar minn Stat Membru wieħed jew it-trasferiment tagħhom fi Stat Membru ieħor ikunu mingħajr ebda effett f’dak li jirrigwarda s-sigurtà sociali”. Din l-indikazzjoni tidher għall-ewwel darba fis-sentenza Hervein (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, punt 51). F’din is-sentenza hija ssegwi s-silta li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li t-Trattat ma pprovidiex għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet ta’ sicurtà sociali ta’ kull Stat Membu u, għaldaqstant, fid-drittijiet tal-persuni li jaħdmu fihom mhumiex b’hekk milquta. Fi kliem ieħor, id-dritt Komunitarju ma jimponix lill-Istati Membri li jipprovdu benefiċċji uguali jew l-istess metodu ta’ kalkolu ta’ dawn il-benefiċċji. Il-fatti li taw lok għas-sentenzi Hervein u Piatkowski juru li dan kien il-mod ta’ raġunar tal-Qorti tal-Ġustizzja.


54 – Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi O’Flynn (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51, punt 21) u Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 27).


55 – Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-6 ta’ Ġunju 2000, Angonese (C-281/98, Ġabra p. I-4139, punt 41); u tas-16 ta’ Jannar 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-388/01, Ġabra p. I-721, punt 14).


56 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi O’Flynn (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51, punt 19); ta’ l-24 ta’ Novembru 1998, Nickel u Franz (C-274/96, Ġabra p. I-7637, punt 27); Borawitz (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 50, punt 26); tat-23 ta’ Marzu 2004, Collins (C-138/02, Ġabra p. I-2703, punt 66); u Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 25).


57 – Ara s-sentenzi tat-2 ta’ Frar 1982, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (69/81, Ġabra p. 163, punt 5); tas-17 ta’ Settembru 1998, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-323/96, Ġabra p. I-5063, punt 42); tas-6 ta’ Lulju 2000, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-236/99, Ġabra p. I-5657, punt 23); tal-11 ta’ Ottubru 2001, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-111/00, Ġabra p. I-7555, punt 12); u qabbel ir-regola stabbilita sew fid-dritt internazzjonali, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna ta’ l-1969 fuq Il-Liġi tat-Trattati: “Parti ma tistax tinvoka d-dispożizzjonijiet tad-dritt interna tagħha sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ trattat. […]”.


58 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ta’ l-14 ta’ Jannar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (227 sa 230/85, Ġabra p. 1, punti 9 u 10); tat-13 ta’ Diċembru 1991, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-33/90, Ġabra p. I-5987, punt 24); tas-16 ta’ Jannar 2003, Il-Kummissjoni vs L-Italja (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punt 27) u ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-87/02, Ġabra p. I-5975, punt 38).


59 – Sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1970, Internationale Handelsgesellschaft mhH (11/70, Ġabra p. 1125, punt 3).


60 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Lulju 1991, Aragonesa de Publicidad Exterior u Publivía (C-1/90 u C-176/90, Ġabra p. I-4151, punt 8).


61 – Ara, per eżempju, id-digrieti tal-21 ta’ Marzu 1997, Région wallonne vs Il-Kummissjoni (C-95/97, Ġabra p. I-1787) u ta’ l-1 ta’ Ottubru 1997, Regione Toscana vs Il-Kummissjoni (C-180/97, Ġabra p. I-5245). Ara minbarra dan P. Van Nuffel, What’s in a Member State? Central and decentralised authorities before the Community courts, Common Market Law Review, 2001, p. 894 sa 899. S. Weatherill, The Challenge of the Regional Dimension in the European Union f’S. Weatherill u U. Bernitz (edituri.), The Role of Regions and Sub-national Actors in Europe, Oxford and Portland, Oregon, 2005, p. 30 sa 31, jiddeskrivi dan l-intesess u din il-kwalità sabiex tittieħed azzjoni ta’ l-entitajiet minuri Statali bħala korollarju naturali ta’ l-obbligi li d-dritt ta’ l-Unjoni Ewropea jimponi direttament fuq dawn l-entitajiet.


62 – Għalhekk, l-Istat Federali u l-entitajiet federati tal-Belġju kkonkludew ftehim taħt il-liġi nazzjonali li permezz tiegħu il-Belġju jista’ jiġi rappreżentat fil-Kunsill kemm minn delegazzjoni komposta minn rappreżentanti ta’ l-Istat Federali u ta’ l-entitajiet federali, kemm mill-Istat Federali biss jew minn entitajiet federali biss jew minn wieħed fosthom: ara l-ftehim ta’ kooperazzjoni, tat-8 ta’ Marzu 1994, (Moniteur belge tas-17 ta’ Novembru 1994) kif emendat fit-13 ta’ Frar 2003 (Moniteur belge tal-25 ta’ Frar 2003). Ara H. Bribosia, La participation des autorités exécutives aux travaux du Conseil de l’Union et des conférences intergouvernementales f’Y. Lejeune (ed.), La participation de la Belgique à l’élaboration et à la mise en œuvre du droit européen/De deelname van België aan de voorbereiding en de uitvoering van het Europees recht, Bruxelles, Bruylant, 1999, p. 85 sa 144. Fuq il-possibbiltà għall-awtoritajiet deċentralizzati li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjoni fl-Unjoni, ara wkoll P. Van Nuffel, De rechtsbescherming van nationale overheden in het Europees recht, f’Deventer, Kluwer, 2000, pp. 472 à 488; u b’mod ġenerali fuq ir-rwol ta’ l-awtoritajiet deċentralizzati fl-Unjoni: K. Lenaerts u P. Van Nuffel, Constitutional Law of the European Union, it-Tieni Edizzjoni, Londra Sweet & Maxwell, 2005, p. 532 sa 537.


63 – Punt A.3.2.2. tas-sentenza tar-rinviju.


64 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-29 ta’ Frar 1996, Skanavi u Chryssanthakopoulos (C-193/94, Ġabra p. I-929, punt 22); tal-15 ta’ Settembru 2005, Ioannidis (C-258/04, Ġabra p. I-8275, punt 37); u tas-26 ta’ April 2007, Alevizos (C-392/05, Ġabra p. I-3505, punt 80).


65 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-27 ta’ Ottubru 1982, Morson (35 u 36/82, Ġabra p. 3723, punt 16); tat-22 ta’ Settembru 1992, Petit (C-153/91, Ġabra p. I-4973, punt 8); Terhoeve (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, point 26); tal-5 ta’ Ġunju 1997, Uecker u Jacquet (C-64/96 u C-65/96, Ġabra p. I-3171, punt 16); tal-11 ta’ Ottubru 2001, Khalil et (C-95/99 sa C-98/99 u C-180/99, Ġabra p. I-7413, punt 69); u ITC (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 29)


66 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 65, punt 10, u s-sentenza Kahlil (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 65, punt 70).


67 – Fil-kuntest ta’ l-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħasbitiex darbtjen sabiex teżamina l-effett ta’ din l-għajnuna billi rreferiet speċifikatament għar-reġjun li fih entità awtonoma sobordinata għall-Istat eżerċitat il-kompetenzi tagħha; ara s-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2006, Il-Portugal vs Il-Kummissjoni (C-88/03, Ġabra p. I-7115, punti 54 sa 78 u l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Geelhoed, punti 48 sa 62).


68 – Ara l-Artikolu 1 UE, li jipprovdi li deċiżjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu “kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin”. Dan jaf ikun meħtieġ li jinfthiem f’sens iktar wiesa’ minn kif stipulat fl-Artikolu 5 KE. Ara N. MacCormick, Questioning Sovereignty, Oxford, OUP, 1999, p. 135: “The doctrine of subsidiarity requires decision-making to be distributed to the most appropriate level. In that context, the best democracy – and the best interpretation of popular sovereignty – is one that insists on levels of democracy appropriate to levels of decision-making.” [Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jeħtieġ li t-teħid ta’ deċiżjonijiet ikun imqassam fil-livell l-iktar xieraq. F’dan il-kuntest, l-aħjar demokrazija – u l-aħjar interpretazzjoni ta’ sovranità popolari – hija dik li tinsisti fuq livelli ta’ demokrazija xierqa għal-livelli ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet]. Dwar il-federaliżmu u sigurtà soċjali fil-Belġju, ara J. Velaers, Sociale zekerheid tussen unionisme en federalisme f’H. Deleeck (editur), Sociale zekerheid en federalisme, Brugge, Die Keure, 1991, p. 215 to 229. Dwar ir-rwol tas-solidarjetà f’dan id-dibattitu, ara wkoll G. Roldan, T. Vandevelde, P. Van Parijs, Autonomie régionale et solidarité: une alliance durable? f’P. Cattoir et al. (edituri), Autonomie, solidarité et cooperation/Autonomie, solidariteit en samenwerking, Brussell, Larcier, 2002, p. 525 sa 540.


69 – Sentenza tas-16 ta’ Lulju 1992, Legros et (C-163/90, Ġabra p. I-4625).


70 – Sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994, Lancry et (C-363/93 u C-407/93 sa C-411/93, Ġabra p. I-3957).


71 – Sentenza ta’ l-14 ta’ Settembru 1995, Simitzi (C-485/93 u C-486/93, Ġabra p. I-2655).


72 – Sentenza Lancry (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70, punt 31).


73 – Sentenza tad-9 ta’ Settembre 2004, Carbonati Apuani (C-72/03, Ġabra p. I-8027, punt 22); ara wkoll is-sentenzi ta’ l-1 ta’ Lulju 1969, Barchfeld u Chougol (2/69 u 3/69, Ġabra p. 211, punt 14); u Lancy et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70, punt 25).


74 – Sentenza Carbonati (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, punti 23 sa 24).


75 – Sentenza tat-28 ta’ Marzu 1979, Saunders (175/78, Ġabra p. 1129, fil-paġna 1143).


76 – Fil-fatt, fiż-żmien li matulu t-Trattati ġew miktuba, il-proċedura ufficjali ta’ federalizzazzjoni ma kinitx għadha bdiet fil-Belġju. L-ostakolu in kwistjoni hawnhekk b’hekk ma kienx jeżisti u ma setax jeżisti. Madankollu, bosta Stati Membru, u speċjalment il-Ġermanja u l-Länder tagħħa, għandhom strutturi mhux unitari b’livelli differenti.


77 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70, punt 28. Ara wkoll B. Cantillon, iċċitat fin-nota 20, p. 14 u 15, li jsostni li l-esklużjoni tal-persuni li jirrisjedu fir-reġjun fejn huwa mitkellem il-Franċiż mill-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga toħloq problemi fir-rigward ta’ suq wieħed.


78 – Fil-kawżi maqgħuda nederlandse Bakkerij Stichting vs Edah (80 u 159/85, Ġabra 1986 p. 3359, fil-paġna 3375), l-Avukat Ġenearli Mischo ssuġġerixxa li “d-diskriminazzjoni bil-kontra (reverse discrimination) ma jistgħux jiġu maħsuba għal żmien twil fi ħdan suq komuni veru, li għandu neċċessarjament ikun ibbażat fuq il-prinċipju tat-trattament ugwali”. Madanakollu, hu kien tal-fehma li dawn id-diskriminazzjonijiet “għandhom jiġu eliminati permezz ta’ l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet”.


79 – Sentenzi Uecker u Jacquet (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 65, punt 23); tat-2 ta’ Ottubru 2003, Garcia Avello (C-148/02, Ġabra p. I-11613, punt 26); u tas-26 ta’ Ottubru 2006, Tas-Hagen u Tas (C-192/05, Ġabra p. I-10451, punt 23).


80 – Ara l-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Warner ippreżenta fil-kawża Saunders (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 75, punt 1142).


81 – L-Artikolu 47 UE nnifsu stess jirreferi għal “dispożizzjonijiet li jemendaw” pjuttost milli “dispożizzjonijiet li jemendaw espressament”..


82 – Sentenza Uecker u Jacquet (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 65, punt 23).


83 – Ara, f’dan is-sens, P. Eeckhout, External Relations of the European Union. Legal and Constitutional Foundations, Oxford, OUP, 2004, p. 146; K. Lenaerts and P. Van Nuffel, Constitutional Law of the European Union, it-Tieni Edizzjoni, Londra. Sweet & Maxwell, 2005, p. 808; A. Arnull et al., Wyatt and Dashwood's European Union Law, il-Ħames Edizzjoni, Londra, Sweet & Maxwell, p. 326 sa 327; Dan kien ċertament l-enfażi tal-kawżi li sa issa kienu jinvolvu l-Artikolu 47 UE. Ara, per eżempju, is-sentenzi tat-12 ta’ Mejju 1998, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-170/96, Ġabra p. I-2763) u tat-13 ta’ Settembru 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-176/03, Ġabra p. I-7879); u l-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-91/05, attawlment pendenti).


84 – Sentenza ta’ l-20 ta’ Settembru 2001, Grzelczyk (C-184/99 Ġabra p. I-6193, punt 31).


85 – Sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2007, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (C-50/06, Ġabra p. I-4383, punt 32).


86 – Ara wkoll is-sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2002, D’Hoop (C-224/98, Ġabra p. I-6191, punt 28); tas-17 ta’ Settembru 2002, Baumbast u R (C-413/99, Ġabra p. I-7091, punt 82); tad-29 ta’ April 2004, Orfanopoulos u Oliveri (C-482/01 u C-493/01, Ġabra p. I-5257, punt 65); Collins (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56, punt 61); Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 79, point 22); tad-19 ta’ Ottubru 2004, Zhu u Chen (C-200/02, Ġabra p. I-9925, punt 25); tad-29 ta’ April 2004, Pusa (C-224/02, Ġabra p. I-5763, punt 16); tas-7 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-147/03, Ġabra p. I-5969, punt 45); tal-15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C-209/03, Ġabra p. I-2119, punt 31); tat-12 ta’ Lulju 2005, Schempp (C-403/03, Ġabra p. I-6421, punt 15); u tat-12 ta’ Settembru 2006, Spanja vs Ir-Renju Unit (C-145/04, Ġabra p. I-7917, punt 74); u Turpeinen (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punt 18).


87 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 79.


88 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44.


89 – Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.


90 – Ara S. O'Leary, The Evolving Concept of Community Citizenship, The Hague/London/Boston, Kluwer Law International, 1996. Meta jiddiskuti d-dispożizzjonijiet dwar ċittadinanza u moviment liberu, l-awtur isostni b’mod partikolari li d-dispożizzjonijiet dwar ċittadinanza diffiċli li jiġu rrikonċiljati ma’ diskriminazzjoni kuntrarja. Ara wkoll N. Nic Shuibhne, Free Movement of Persons and the Wholly Internal Rule: Time to Move On?, Common Market Law Review, 2002, p. 748.


91 – Ara H.U.J. d’Oliveira, Is reverse discrimination still possible under the Single European Act? f’Forty years on: the evolution of postwar private international law in Europe: symposium in celebration of the Centre of Foreign Law and Private International Law, University of Amsterdam, on 27 October 1989, Deventer, Kluwer, 1990, p. 84, li tirrileva l-karattru awto-kontradittorju li wieħed jimmira lejn jew li jiġi komplut is-suq intern filwaqt li jibqa’ jagħti importanza għall-qsim tal-fruntieri nazzjonali.


92 – Sentenza Tas-Hagen (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 75, punt 18).


93 – Sentenza ta’ l-20 ta’ Frar 2001 (C-192/99, Ġabra p. I-1237).


94 – Bil-Franċiż: “le droit de circuler et de séjourner sur le territoire des États membres”. Bl-Olandiż: “het recht vrij op het grondgebied van de lidstaten te reizen en te verblijven”.


95 – Sentenza Tas-Hagen (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 79, points 20 sa 24). Ara wkoll is-sentenzi ta’ l-14 ta’ Frar 1995, Schumacker (C-279/93, Ġabra p. I-225, punti 21 sa 26); De Groot (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, point 75); Schempp (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 86, point 19); u Turpeinen (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, point 11).


96 – Sentenzi tat-12 ta’ Settembru 2006, Eman u Sevinger (C-300/04, Ġabra p. I-8055, punt 57); tal-15 ta’ Marzu 2007, Reemtsma Cigarettenfabriken (C-35/05, Ġabra p. I-2425, punt 44); u tat-3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld (C‑303/05, Ġabra p. I-3633, punt 56).


97 – ĠU 2000 C 364, p. 1.


98 – Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċjipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità. (ĠU 2000 L 180, p. 22); u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU 2000 L 303, p. 16).


99 – Sentenza tat-28 ta’ Ġunju 1978 (1/78, Ġabra p. I-1489, punti 16 sa 21).


100 – Ara, fl-istess sens: C. Barnard, EC Employment Law. It-Tielet Edizzjoni, Oxford, OUP, 2006, p. 213 sa 214; u D. Wyatt, Social security benefits and discrimination by a Member State against its own nationals, European Law Review, 1978, p. 488 sa 494.


101 – Sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 96, punti 58 sa 61.


102 – Ara, per eżempju, is-sentenza D’Hoop (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 86, punti 30 u 31), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-oportunitajiet offruti bit-Trattat fir-rigward tal-moviment liberu ma jistgħux ikunu għal kollox effettivi jekk ċittadin ta’ Stat Membru seta’ jiġi dissważ milli jeżerċitahom permezz ta’ ostakoli magħmula mal-wasla lura tiegħu fil-pajjiż ta’ l-oriġini tiegħu minn leġiżlazzjoni li tippenalizza l-fatt li jkun eżerċithom. Ara wkoll is-sentenzi Singh (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 44, punt 19 u 23); u Alevizos (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64, punt 75).


103 – Ara l-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro ppreżenta fil-kawża Carbonati (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, punti 61 u 62).


104 – Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, minn naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002 L 114, p. 6).


105 – Ara l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Carbonati (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, punti 59 sa 71) li bbaża ukoll fuq interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ non diskriminazzjoni. Ara wkoll E. Spaventa, From Gebhard to Carpenter: Towards a (non-economic) European Constitution, Common Market Law Review, 2004, p. 771, li jissuġġerixxi li d-dispożizzjonijiet magħquda ta’ l-Artikoli 17 u 12 KE għandhom bħala effett li jagħtu protezzjoni, tad-dritt Komunitarju pjuttost milli ta’ liġi nazzjonali, lil ċittadini li ma jkunux eżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu.


106 – Sa issa fil-kawża preżenti, l-argument essenzjali kien li Stat Membru li għandu struttura Kostituzzjonali deċentralizzata għalhekk iżomm il-kompetenza li jiddiskrimina bejn iċ-ċittadini tiegħu mingħajr ma jkun meħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal din id-diskriminazzjoni.


107 – Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2) emendat l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (ĠU 2004 L 158, p. 77).


108 – Ara s-sentenzi ta’ l-10 ta’ Marzu 1993, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-111/91, Ġabra p. I-817, punt 21); tas-27 ta’ Mejju 1993, Schmid (C-310/91, Ġabra p. I-3011, punt 17); u tat-12 ta’ Mejju 1998, Martínez Sala (C-85/96, Ġabra p. I-2691, punt 27).


109 – Sentenza Il-Kummissjoni vs il-Lussemburgu (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 108, punt 20) li ssegwi l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Jacobs fl-istess kawża, punti 32 sa 34.


110 – Ara l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Hosse (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 104) u l-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Hendrix (C-287/05 Hendrix, li hija pendenti, punt 52).


111 – Ara b’mod partikolari, is-sentenzi Schmid (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 108); Meins (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 52); ta’ l-24 ta’ Settembre 1998, Il-Kummissjoni vs Franza (C-35/97, Ġabra p. I-5325); ta’ l-20 ta’ Marzu 2001, Fahmi u Esmoris Cordeiro-Pinedo Amado (C-33/99, Ġabra p. I-2415); De Cuyper (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30); u Celozzi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30). Is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu u Martinez Sala (iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 108) jidhru li huma eċċezzjonijiet għal din il-ġurisprudenza.


112 – Ara l-proposta tad-Digriet tat-30 ta’ April 2004, Parlementaire Stukken, Vlaams Parlement, Stuk 1970 (2003-2004) – Nr. 1, p. 2: . Uit het eindrapport [van de expertencommissie] blijkt dat de Europese Commissie er terecht op wijst dat de EG-Verordening 1408/71 op de Vlaamse zorgverzekeringwetgeving van toepassing is. Op vraag van de Europese Commissie moet die conclusie expliciet in regelgeving worden omgezet. Een wijziging van het decreet van 30 maart 1999 houdende de organisatie van de zorgverzekering is dus noodzakelijk. […]” “Jidher mir-rapport finali [tal-kummissjoni ta’ l-esperti] li l-Kummissjoni Ewropea gustamene irrilevat li r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 japplika għall-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-assigurazzjoni għall-kura Fjamminga [...] Fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea, din il-konkluzjoni għandha tiġi trasposta espliċitament fil-leġislazzjoni. Għalhekk hija meħtieġa emenda għad-Digriet tat-30 ta’ Marzu 1999 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-assigurazzjoni għall-kura […]” (traduzzjoni mhux uffiċjali).