Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de Contas (il-Portugall) fit-28 ta’ Frar 2017 – Secretaria Regional de Saúde dos Açores vs Ministério Público

(Kawża C-102/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de Contas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Secretaria Regional de Saúde dos Açores

Konvenut: Ministério Público

Domanda preliminari

L-Artikolu 58(4) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar [2014], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik deskritta [fl-Artikolu 40(3) u (5)(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Reġjonali Nru 27/2015/A, tad-29 ta’ Diċembru 2015], li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tippermetti l-impożizzjoni ta’ kriterju ġeografiku bħala rekwiżit, li jikkonsisti f’li preċedentement ikunu twettqu tliet xogħlijiet fl-istess reġjun awtonomu?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).