Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2013 - Schönberger vs Il-Parlament

(Kawża T-186/11) 

("Rikors għal annullament - Dritt ta' petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Petizzjoni ddikjarata ammissibbli - Deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta' petizzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Waldherr u U. Rösslein, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal 25 ta' Jannar 2011 li għalqet l-eżami tal-petizzjoni, li ġiet iddikjarata ammissibbli, ippreżentata mir-rikorrent fit-2 ta' Ottubru 2010 (petizzjoni Nru 1188/2010).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Peter Schönberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 - ĠU C 145, 14.05.2011.