Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2012 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-43/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn u R. Troosters, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 25 ta' Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq ;

tiddikjara li l-effetti tad-Direttiva 2011/82/UE jiġu kkunsidrati li huma definittivi;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż li jippreżenta rikors għall-annullament kontra d-Direttiva 2011/82/UE. Il-Kummissjoni tikkontesta l-bażi legali magħżula. Hija ssostni li l-Artikolu 87(2) TFUE ma huwiex il-bażi legali xierqa, billi d-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu għal skambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri, li jkopri reati tat-traffiku tat-triq, li huma ta' natura amministrattiva jew kriminali. Madankollu, l-Artikolu 87 jirreferi biss għall-koperazzjoni tal-pulizija bejn is-servizzi kompetenti fl-oqsma tal-prevenzjoni jew tal-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-bażi legali korretta hija l-Artikolu 91(1) TFUE. Fil-fatt, id-Direttiva għandha l-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, li hija waħda mill-oqsma tal-politika komuni tat-trasport, speċifikament prevista mill-Artikolu 91(1)(ċ).

____________

1 - ĠU L 288, p. 1.