Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2014 – Elvira Mandl, Helmut Mandl vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-337/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elvira Mandl, Helmut Mandl

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domanda preliminari

Trasportatur tal-ajru għandu, sabiex ikun jista’ jinvoka l-possibbiltà ta’ eżonerazzjoni prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament [Nru 261/2004] 1 , jallega u jipprova li huwa jkun ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-konsegwenzi prevedibbli taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fil-forma ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil jew li huwa ma kellux il-possibbiltà li jieħu tali miżuri raġonevoli?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).