Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Costel Nicușor Mucea vs SC Industria Sârmei SA Câmpia Turzii, permezz tal-amministratur ġudizzjarju SMDA Mureș Insolvency SRL

(Kawża C-134/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Costel Nicușor Mucea

Konvenuti: SC Industria Sârmei SA Câmpia Turzii, permezz tal-amministratur ġudizzjarju SMDA Mureș Insolvency SRL

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE 1 u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistabilixxi termini u proċeduri li jillimitaw l-aċċess għall-ġustizzja bil-għan li jiġu kklassifikati l-postijiet tax-xogħol bħala li huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet partikolari jew speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux irrikonoxxuti lill-ħaddiema, id-drittijiet għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw mill-ivverifikar tal-imsemmija kundizzjonijiet, b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali elenkati fit-talba għal deċiżjoni preliminari ?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).