Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

(Kawża C-290/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-kawża prinċipali

Skerdjan Celaj

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 1 jipprekludu l-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu piena ta’ priġunerija sa erba’ snin għal ċittadin ta’ pajjiż terz li, wara li jkun intbagħat lura fil-pajjiż tiegħu mhux abbażi ta’ sanzjoni kriminali u lanqas bħala konsegwenza ta’ sanzjoni kriminali, jidħol mill-ġdid fit-territorju nazzjonali bi ksur ta’ projbizzjoni legali ta’ dħul mill-ġdid, mingħajr ma jkun ġie preliminarjament issuġġettat għall-miżuri koerċitivi previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115 għall-finijiet tat-tneħħija rapida u effikaċi tiegħu?