Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2014 – Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Limited, British American Tobacco UK Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-547/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Philip Morris Brands SARL, Philip Morris Limited, British American Tobacco UK Limited

Konvenut: Secretary of State for Health

Partijiet oħra: Imperial Tobacco Limited, British American Tobacco UK Limited, JT International SA, Gallaher Limited, Tann UK Limited u Tannpapier GmbH, V. Mane Fils, Deutsche Benkert GmbH & Co. KG u Benkert UK Limited, Joh. Wilh. Von Eicken GmbH

Domandi preliminari

Id-domandi li ġejjin dwar id-Direttiva 2014/40/UE 1 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) huma s-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) skont l-Artikolu 267 TFUE:

Bażi legali

Id-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata? B’mod partikolari:

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva:

jekk jiġi interpretat b’mod korrett, sa liema punt jippermetti lill-Istati Membri jadottaw regoli iktar stretti fil-qasam tal-“istandardizzazzjoni” tal-ippakkjar ta’ prodotti tat-tabakk; u

fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, l-Artikolu 24(2) huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jipprovdix bażi legali adegwata?

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva, li jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu kategorija ta’ tabakk jew prodotti relatati f’ċirkustanzi speċifiċi, huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata?

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma vvizzjati b’illegalità għar-raġuni li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali adegwata:

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu II tad-Direttiva dwar l-ippakkjar u l-ittikkettjar;

l-Artikolu 7 tad-Direttiva, sa fejn jipprojbixxi s-sigaretti tal-mentol u l-prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti;

l-Artikolu 18 tad-Direttiva li jippermetti lill-Istati Membri jipprojbixxu bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk; u,

l-Artikoli 3(4) u 4(5) tad-Direttiva li jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni fil-qasam ta’ livelli ta’ emissjonijiet

Proporzjonalità u drittijiet fundamentali

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 13 tad-Direttiva:

jekk jiġi interpretat b’mod eżatt, dan jipprojbixxi dikjarazzjonijiet veri u mhux qarrieqa dwar prodotti tat-tabakk fuq l-ippakkjar tagħhom; u,

jekk iva, huwa vvizzjat b’illegalità għar-raġuni li jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u/jew l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma, kompletament jew parzjalment, ivvizzjati b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità:l-Artikoli 7(1) u 7(7), sa fejn jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk bil-mentol bħala togħma karatterizzanti u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk li fihom aromi fi kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom;l-Artikoli 8(3), 9(3), 10(1)(g) u 14, sa fejn jimponu rekwiżiti varji fil-qasam tal-istandardizzazzjoni tal-ippakkjar; u,l-Artikolu 10(1)(a) u (c), sa fejn jimponi twissijiet tas-saħħa li jkopru 65 % tas-superfiċi esterna ta’ quddiem u ta’ wara tal-ippakkjar individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern?Delega/ImplementazzjoniXi waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-Artikolu 290 TFUE:l-Artikoli 3(2) u 3(4) dwar livelli massimi ta’ emissjoni;l-Artikolu 4(5) dwar il-metodi ta’ kejl tal-emissjonijiet;l-Artikoli 7(5), 7(11) u 7(12) dwar ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti;l-Artikoli 9(5), 10(1)(f), 10(3), 11(6), 12(3) u 20(12) dwar twissijiet tas-saħħa;l-Artikolu 20(11) dwar il-projbizzjoni ta’ sigaretti elettroniċi u/jew il-kontenituri ta’ rikarika; u/jew,l-Artikolu 15(12) dwar kuntratti għall-ħażna ta’ data?L-Artikoli 3(4) u 4(5) tad-Direttiva huma vvizzjati b’illegalità għar-raġuni li jiksru l-prinċipju ta’ ċertezza legali u/jew jiddelegaw illegalment setgħat lill-korpi esterni li ma humiex suġġetti għall-garanziji proċedurali tal-Unjoni

Ewropea?Xi waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva hija, kompletament jew parzjalment, ivvizzjata b’illegalità għar-raġuni li tikser

l-Artikolu 291 TFUE:l-Artikolu 6(1) dwar l-obbligi ta’ rappurtar;l-Artikoli 7(2) sa (4) u 7(10) dwar l-atti ta’ implementazzjoni fil-qasam tal-projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk f’ċerti ċirkustanzi; u/jew,l-Artikoli 9(6) u 10

(4) dwar it-twissijiet tas-saħħa?SussidjarjetàId-Direttiva u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8(3), 9(3), 10(1)(g), 13 u 

14 huma vvizzjati b’illegalità minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà?

____________

____________

1 Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 20

14, dwar l-approssimazzj

oni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prod

otti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 12