Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2017 – Tänzer & Trasper GmbH vs Altenweddinger Geflügelhof Kommanditgesellschaft

(Kawża C-462/17)

Lingwa tal-kawża: il‒Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tänzer & Trasper GmbH

Konvenuta: Altenweddinger Geflügelhof Kommanditgesellschaft

Domanda preliminari

L-elenkar tal-komponenti li jinsabu fil-punt 41 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 1 isemmi l-komponenti li xarba spirituża għandha tinkludi bħala minimu biex tkun tista’ tintuża għaliha d-denominazzjoni tal-bejgħ “likur tal-bajd” (speċifikazzjonijiet minimi), jew jindika b’mod eżawrjenti l-komponenti awtorizzati ta’ prodott li huwa mixtieq li tintuża għalih id-denominazzjoni tal-bejgħ “likur tal-bajd”?

____________

1     Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, ĠU 2008, L 39, p. 16.