Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Ottubru 2009 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-188/08)1

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Skart - Ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja - Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra - Nuqqas ta' traspożizzjoni)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, D. Lawunmi u M. Wilderspin, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O'Hagan, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991, (ĠU L 78 p. 32) - Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra

Dispożittiv

Billi ma adottatx, ħlief fil-kontea ta' Cavan, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991, f'dak li jirrigwarda ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja u minn sistemi individwali oħra ta' trattament tal-ilma, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

L-Irlanda hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.