Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trento (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Chiara Motter vs Provincia autonoma di Trento

(Kawża C-466/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Chiara Motter

Konvenuta: Provincia autonoma di Trento

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas, il-fatt li jiġi stabbilit eżami oġġettiv inizjali tal-kompetenzi professjonali billi persuna tgħaddi minn kompetizzjoni pubblika, jikkostitwixxi element li jaqa’ taħt il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tistabbilixxi jekk is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat hijiex paragunabbli ma’ dik ta’ ħaddiem għal żmien determinat u sabiex tivverifika jekk teżistix raġuni oġġettiva xierqa sabiex tiġġustifika differenza fit-trattament bejn ħaddiem għal żmien indeterminat u ħaddiem għal żmien determinat?

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas jipprekludi r-regoli interni previsti mill-Artikolu 485(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297, tas-16 ta’ April 1994, li jipprovdi li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-anzjanità tas-servizz meta wieħed jidħol fil-qafas permanenti permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, is-servizzi mwettqa għal żmien determinat jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ sa massimu ta’ erba’ snin filwaqt li, għas-snin sussegwenti, dan jitnaqqas b’terz għal finijiet ġuridiċi u b’żewġ terzi għal finijiet ekonomiċi, għar-raġuni li t-twettiq tax-xogħol għal żmien determinat ma huwiex suġġett għal eżami inizjali u oġġettiv tal-kompetenzi professjonali billi persuna tgħaddi minn kompetizzjoni pubblika?

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni previst fil-klawżola 4 tal-ftehim qafas jipprekludi r-regoli interni previsti mill-Artikolu 485(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297, tas-16 ta’ April 1994, li jipprovdi li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-anzjanità tas-servizz meta wieħed jidħol fil-qafas permanenti permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, is-servizzi mwettqa għal żmien determinat jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ sa massimu ta’ erba’ snin filwaqt li, għas-snin sussegwenti, dan jitnaqqas b’terz għal finijiet ġuridiċi u b’żewġ terzi għal finijiet ekonomiċi, bil-għan li jiġi evitat il-ħolqien ta’ diskriminazzjoni retroattiva fil-konfront ta’ aġenti permanenti li ġew irreklutati wara li għaddew minn kompetizzjoni pubblika?

____________