Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Novembru 2011 - Sison vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/07) 

["Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Annullament ta' miżura ta' ffriżar ta' fondi permezz ta' sentenza tal-Qorti Ġenerali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement serju ta' dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jose Maria Sison (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D. Gürses u W. Kaleck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Szostak, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol, Y. de Vries, M. Noort, J. Langer u M. Bulterman, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi Spencer u I. Rao, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Aalto u S. Boelaert, sussegwentement S. Boelaert u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Insegwitu għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Settembru 2009, Sison vs Il-Kunsill (T-341/07, Ġabra p. II-3625), talba għad-danni, li essenzjalment tirrigwarda kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba fil-miżuri restrittivi adottati fir-rigward tiegħu fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Dispożittiv

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għal annullament, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Jose Maria Sison.

J. M. Sison għandu jbati, għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż relatati mar-rikors għad-danni, l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.