Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Novembru 2012 - Thesing u Bloomberg Finance vs BĊE

(Kawża T-590/10) 

("Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti relatati mad-dejn pubbliku u mad-defiċit pubbliku ta' Stat Membru - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-politika ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru - Rifjut parzjali ta' aċċess")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gabi Thesing (Londra, ir-Renju Unit) ; u Bloomberg Finance LP (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Stephens, R. Lands, solicitors, u T. Pitt-Payne, QC)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment A. Sáinz de Vieuña Barroso, M. López Torres u S. Lambrinoc, sussegwentement M. López Torres u S. Lambrinoc, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, ikkomunikata lil Gabi Thesing permezz ta' ittra mill-President tal-BĊE tal-21 ta' Ottubru 2010, li tiċħad applikazzjoni ppreżentata minn Gabi Thesing sabiex tikseb l-aċċess għal żewġ dokumenti li jikkonċernaw l-iżbilanċ u d-dejn pubbliku tar-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

____________

1 - ĠU C 72, 5.3.2011.