Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-150/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Vantaġġ – Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, X. Basakou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Thomas u D. Triantafyllou, sussegwentement minn M. Triantafyllou u P. Nĕmečkova, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/320/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali u lill-kooperattivi tal-ġbir taċ-ċereali (ĠU L 164, p. 10)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.