Language of document : ECLI:EU:T:2012:558





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2012 – Ellinika Nafpigeia u Hoern vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/11)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Bini ta’ vapuri – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna – Miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Rikors promotur li mhux ċar u mhux preċiż biżżejjed — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))(ara l-punti 19-22)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tan-notifika tal-att lir-rikorrent mill-awtoritajiet nazzjonali — Għarfien preċiż tal-kontenut — Rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu — Inammissibbiltà (subparagrafu 6 tal-Artikolu 263TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 24-26)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Dokumenti li jikkostitwixxu d-deċiżjoni kkontestata — Dokumenti li ma jiġux identifikati mir-rikorrenti — Inammissibbiltà tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(c), 64 u 65) (ara l-punti 28, 29)

Suġġett

Talba għal-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni C (2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, dwar l-“Għajnuna mill-Istat CR 16/2004 – eżekuzzjoni tad-deċiżjoni negattiva u rkupru tal-għajnuna mill-istat mogħtija lill-kumpannija [Ellinika Nafpigeia AE] – invokazzjoni mill-Greċja tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE u proċeduri skont l-Artikolu 348(1) TFUE ”, kif ikkompletata mid-dokumenti u l‑provi l-oħrajn tal-fajl kif ħadu konjizzjoni parziali tagħhom ir-rikorrenti f’Ġunju 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas.

3)

Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas, il-parti li talbet tintervjeni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.