Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Marzu 2017 – Dănuț Podilă e altri vs Societatea Națională de Transport Feroviar de Călători „CFR Călători“ SA București

(Kawża C-133/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dănuț Podilă et

Konvenuta: Societatea Națională de Transport Feroviar de Călători „CFR Călători“ SA București

Domandi preliminari

L-Artikoli 114(3), 151 u 153 TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kwadra 89/391/KEE 1 u tad-direttivi individwali ulterjuri għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil Stat Membru tal-UE milli jistabbilixxi termini u proċeduri li jillimitaw l-aċċess għall-ġustizzja għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-positijiet tax-xogħol bħala kkaratterizzati minn kundizzjonijiet partikolari jew speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux rikonoxxuti d-drittijiet tal-ħaddiema għas-sigurtà u għas-saħħa fuq ix-xogħol naxxenti mill-evalwazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali deskritti fid-digriet tar-rinviju?

L-Artikolu 9(a) tad-Direttiva 89/391/KEE jipprekludi leġizlazzjoni interna li ma tissanzjonax l-passività tal-persuna li tħaddem fil-rigward tal-kisba ta’ evalwazzjoni tar-riskji li jikkonċernaw is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol?

____________

1  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)