Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health

(Kawża C-151/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swedish Match AB

Konvenut: Secretary of State for Health

Domandi preliminari

L-Artikoli 1(c) u 17 tad-Direttiva 2014/40/EU 1 huma invalidi minħabba:

ksur tal-prinċipju ġenerali tal-UE ta’ nondiskriminazzjoni;

ksur tal-prinċipju ġenerali tal-UE ta’ proporzjonalità;

ksur tal-Artikolu 5(3) TUE u l-prinċipju tal-UE ta’ sussidjarjetà;

ksur tal-Artikolu 296(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”);

ksur tal-Artikoli 34 u 35 TFUE; u

ksur tal-Artikoli 1, 7 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

____________

1 Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).