Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - ENI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/07) 1

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene mmanifatturata bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ENI SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, għal dak li jikkonċerna ENI SpA, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni), jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ENI.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni), hija annullata sa fejn tiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq ENA SpA għal EUR 272 250 000.

2)    L-ammont tal-multa imposta fuq ENI huwa ffissat għal EUR 181 500 000.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007.