Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – O.L. vs P.Q.

(Kawża C-111/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon (il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O.L.

Konvenut: P.Q.

Domandi preliminari

Liema interpretazzjoni għandha tingħata lill-kliem “[residenza abitwali]”, fis-sens tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 1 “dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri”, fil-każ ta’ tarbija li, minħabba raġunijiet fortuwiti jew ta’ forza maġġuri, tkun twieldet f’post differenti minn dak li l-ġenituri tagħha, li jeżerċitaw fuqha l-kustodja parentali konġunta, kienu jintendu li jagħżlu għaliha bħala post ta’ residenza abitwali u li, minn dakinhar, inżammet b’mod illegali minn wieħed mill-ġenituri tagħha fl-Istat fejn twieldet jew ġiet ittrasferita lejn Stat terz[?] B’mod iktar partikolari, il-preżenza fiżika hija, fi kwalunkwe każ, prerekwiżit neċessarju u evidenti għall-istabbiliment tar-residenza abitwali ta’ persuna u, senjatament, ta’ tarbija tat-twelid?

____________

1 ĠU L 338, p. 1.