Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Jannar 2017 – Sucrerie de Toury SA vs Ministre de l’économie et des finances

(Kawża C-31/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sucrerie de Toury SA

Konvenut: Ministre de l’économie et des finances

Domanda preliminari

Il-prodotti enerġetiċi użati għall-produzzjoni konġunta ta’ sħana u ta’ elettriku jaqgħu esklużivament taħt il-possibbiltà ta’ eżenzjoni permessa mill-Artikolu 15(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003 1 jew jaqgħu wkoll, fir-rigward tal-parti ta’ dawn il-prodotti li l-konsum tagħhom jikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ elettriku, fil-kamp tal-obbligu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 14(1)(a) tagħha?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).