Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Lulju 2017 – UAB ‘Roche Lietuva’ vs VšĮ Kauno Dainavos poliklinika

(Kawża C-413/17)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB ‘Roche Lietuva’

Konvenuta: VšĮ Kauno Dainavos poliklinika

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 23, u tal-Anness VI tad-Direttiva 2004/18 1 (kemm flimkien jew separatament, iżda mhux limitatament għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li awtorità kontraenti – istituzzjoni tal-kura tas-saħħa tal-bniedem – għandha l-intenzjoni takkwista provvisti (apparat u materjal ta’ dijanjosi medika) jew drittijiet speċifiċi fuqhom permezz ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku sabiex tkun tista’ twettaq testijiet b’mod awtonomu, is-setgħa diskrezzjonali tagħha tinkludi d-dritt li fl-speċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti biss dawk ir-rekwiżiti għall-imsemmija provvisti li ma jiddeskrivux separatament il-karatteristiċi operattivi (tekniċi) individwali u relatati mal-użu (funzjonali) tal-apparat u/jew materjali, iżda minflok jiġu ddefiniti l-parametri kwalitattivi tat-testijiet li għandhom jitwettqu kif ukoll il-prestazzjoni tal-laboratorju tal-ittestjar, li l-kontenut tiegħu għandu jiġi deskritt b’mod separat fl-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni?

____________

1 Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, pag. 132).