Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Frar 2013 - Ellinika Nafpigeia AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-246/12 P) 

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni tal-bastimenti - Deċiżjoni li tiddikjara miżuri ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali - Kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE (rappreżentanti: I. Drosos u V. Karagiannis, diki̱góroi)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Marzu 2012, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni (T-391/08) li tiċħad rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3118 finali, tat-2 ta' Lulju 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi favur Ellinika Nafpigeia (Hellenic Shipyards "HSY"), fil-kuntest tal-emendi fuq il-pjan ta' investiment inizjali dwar ir-ristrutturazzjoni ta' din it-tarzna [għajnuna mill-Istat C 16/2004 (ex NN29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005)].

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Ellinika Nafpigeia AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 200, 07.07.2012.