Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Għoti ta' kwoti ta' bejgħ skont iż-żona ġeografika - Tqassim tal-klijenti - Skambju ta' informazzjoni individwalizzata - Prova tal-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol emulattiv")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sachsa Verpackung GmbH (Wieda, il-Ġermanja) (rappreżentanti : F. Puel u L. François-Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u F. Arbault, sussegwentement F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta' Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għll-bidla tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gascogne Sack Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 96, 22.04.2006.