Language of document : ECLI:EU:T:2014:160

Kawżi T‑56/09 u T‑73/09

Saint-Gobain Glass France SA et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Multi — Applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Valur tal-bejgħ — Reċidiva — Ammont addizzjonali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Limitu tal-multa — Dħul mill-bejgħ konsolidat tal-grupp”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014

1.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Osservanza żgurata mill-qorti tal-Unjoni — Dritt ta’ kull persuna għal smigħ xieraq — Rikonoxximent mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Proċedura amministrattiva u ġudizzjarja fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 230 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(5))

2.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Rikonoxximent mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni — Stħarriġ tal-legalità u tal-ġurisdizzjoni sħiħa, kemm ta’ dritt kif ukoll ta’ fatt — Ksur — Assenza

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 230 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata — Implementazzjoni ta’ sanzjonijiet mhux definittivi — Ammissibbiltà

(Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) TUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004)

4.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni tal-kriterji ta’ kalkolu tal-multa prevista — Indikazzjoni prematura — Assenza ta’ obbligu li tiġi indikata bidla eventwali fil-politika li tikkonċerna l-livell tal-ammont tal-multi

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27)

5.      Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti — Obbligu tal-Kummissjoni li tindika ċ-ċifri relattivi għall-metodu tal-kalkolu tal-multi — Assenza

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

6.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Karattru konfutabbli — Elementi ta’ natura li jbiddlu din il-preżunzjoni — Sussidjarja miżmuma minn kumpannija holding — Ċirkustanza li ma hijiex suffiċjenti sabiex tikkonfuta l-imsemmija preżunzjoni

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

7.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Karattru konfutabbli — Kunsiderazzjoni fl-osservanza tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, ta’ individwalità tal-pieni, taċ-ċertezza legali u tal-opportunitajiet ugwali

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

8.      Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni — Karattru konfutabbli

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali — Kamp ta’ applikazzjoni — Multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Inklużjoni — Ksur permezz tal-applikazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi għal ksur li seħħ qabel l-introduzzjoni tagħhom — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Applikazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ksur tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ retroattività — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Ksur simili mwettqa suċċessivament minn impriżi li jappartjenu lill-istess unità ekonomika — Inklużjoni — Kundizzjonijiet — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, l-ewwel inċiż tal-punt 28)

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett — Impriża li ma ġietx issanzjonata minn deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni u lanqas ma kienet destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Esklużjoni

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, l-ewwel inċiż tal-punt 28)

13.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett — Assenza ta’ terminu preskrittiv — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Kunsiderazzjoni taż-żmien li ddekorra mill-ksur preċedenti

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, l-ewwel inċiż tal-punt 28)

14.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-multa proporzjonalment mal-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur — Multa li teċċedi l-ammont tal-benefiċċju li jirriżulta mill-akkordju — Assenza ta’ effett

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

15.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur — Ksur gravi ħafna — Neċessità li jiġi ddeterminat l-effett tagħhom u l-portata ġeografika tagħhom — Assenza

(Artikoli 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 u 23)

16.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva — Rekwiżit ġenerali li għandu jmexxi lill-Kummissjoni tul il-kalkolu kollu tal-multi — Stadju speċifiku ddestinat għal evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha mhux imperattiv

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 26)

17.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata — Assenza — Obbligu ta’ kunsiderazzjoni ta’ kriżi ekonomika eċċezzjonali — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35)

18.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Introduzzjoni ta’ talba għal klemenza — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti mill-impriża kkonċernata — Limiti

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 45/03, punti 20 sa 25)

19.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni tal-impriża inkriminata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-klemenza — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti mill-impriża kkonċernata — Limiti

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

20.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża — Grupp ta’ impriżi attiv f’varji setturi industrijali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna biss wieħed minn dawn is-setturi — Assenza ta’ effett

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)

21.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Eżerċizzju mill-Qorti Ġenerali tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha — Żieda ta’ multa minħabba reċidiva — Żball ta’ liġi fir-rigward tal-awturi tar-reċidiva — Tnaqqis taż-żieda

(Artikoli 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

22.    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Dritt għal smigħ xieraq — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

23.    Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli — Konsegwenzi — Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

24.    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Osservanza żgurata mill-qorti tal-Unjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Dritt ta’ kull persuna għal smigħ xieraq — Formazzjoni tal-Qorti li ġiet mistiedna tiddeċiedi fuq dewmien inġustifikat imwettaq minnha stess — Assenza ta’ imparzjalità — Inammissibbiltà tal-motiv

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

1.      Id-dritt għal smigħ xieraq, iggarantit fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), jammonta għal prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, issa inkluż fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Min-naħa l-oħra, fil-qasam tad-dritt tal-Kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma hijiex “qorti” fis-sens tal-Artikolu 6 tal-KEDB u lanqas fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(5) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi speċifikament li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multi għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ma għandhomx karattru kriminali.

Madankollu, fir-rigward tan-natura tal-ksur inkwistjoni kif ukoll tan-natura u tal-livell tal-gravità tas-sanzjonijiet konnessi miegħu, id-dritt għal smigħ xieraq japplika, b’mod partikolari, għall-proċeduri dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi suġġetti għal deċiżjoni ta’ multi jew penali.

B’hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kellha l-okkażjoni tippreċiża li r-rispett tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB ma jeskludix li tista’ tiġi imposta “piena” minn awtorità amministrattiva li għandha s-setgħa li timponi sanzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, sa fejn id-deċiżjoni adottata minn din tal-aħħar tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ulterjuri minn entità ġudizzjarja ta’ ġurisdizzjoni illimitata. Fost il-karatteristiċi ta’ tali entità ġudizzjarja ta’ dan it-tip hija inkluża s-setgħa ta’ riforma fuq il-punti kollha, ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi, tad-deċiżjoni meħuda, mogħtija mill-qorti inferjuri. B’hekk, l-istħarriġ imwettaq mill-qorti, f’tali każ, ma jkunx limitat għal verifika tal-legalità “esterna” tad-deċiżjoni suġġetta għall-istħarriġ tagħha, il-qorti għandha tkun f’pożizzjoni li tevalwa l-proporzjonalità tal-għażliet tal-awtorità tal-kompetizzjoni u li tivverifika l-evalwazzjonijiet tagħha ta’ natura teknika.

L-istħarriġ ġudizzjarju mwettaq mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni timponi sanzjonijiet f’każ ta’ ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

(ara l-punti 76-80)

2.      L-istħarriġ ġudizzjarju mwettaq mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni timponi sanzjonijiet f’każ ta’ ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jissodisfa dawn ir-rekwiżiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel nett, id-dritt tal-Unjoni jagħti lill-Kummissjoni missjoni ta’ sorveljanza li tinkludi l-kompitu li tinvestiga l-ksur tal-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 82 KE, il-Kummissjoni hija obbligata, fil-kuntest ta’ din il-proċedura amministrattiva, li tirrispetta l-garanziji proċedurali previsti mid-dritt tal-Unjoni. Ir-Regolament Nru 1/2003, barra minn hekk, jagħtiha s-setgħa li timponi, permezz ta’ deċiżjoni, penali fuq impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li wettqu, b’mod intenzjonat jew negliġenti, ksur għal dawn id-dispożizzjonijiet.

Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv ta’ kull deċiżjoni tal-Kummissjoni li jikkonstata u jippenalizza ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jammonta għal prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri. Dan il-prinċipju issa huwa inkluż fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Issa, l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni bil-għan li jiġu ppenalizzati ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni, stabbilit mit-trattati u kkompletat bir-Regolament Nru 1/2003, huwa konformi ma’ dan il-prinċipju.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali hija qorti indipendenti u imparzjali, li ġiet stabbilita b’mod partikolari bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni ġudizzjarja tal-kwerelanti fir-rikorsi li jeħtieġu eżami profond tal-fatti kumplessi.

Fit-tieni lok, l-istħarriġ tal-legalità, fil-kuntest tar-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 230 KE, ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li għal din ir-raġuni timponi multa, għandha titqies li hija stħarriġ ġudizzjarju effettiv tal-att inkwistjoni. Fil-fatt, il-motivi li jistgħu jitqajmu mill-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata insostenn tat-talba tagħha għal annullament huma ta’ natura li jippermettu lill-Qorti Ġenerali li tevalwa l-mertu fid-dritt kif ukoll ta’ kull akkuża mressqa mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Fit-tielet lok, b’mod konformi mal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, l-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 230 KE huwa kkompletat minn stħarriġ ta’ ġurisdizzjoni illimitata, li tagħti s-setgħa lill-qorti, lil hinn mill-istħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, li tħassar, li tnaqqas jew li żżid il-multa jew il-piena imposta.

(ara l-punti 80-86)

3.      Il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, inkluż fl-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, japplika b’mod partikolari għall-proċeduri dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jiffaċċjaw multi jew penali.

Mill-obbligu li jaqa’ fuq il-Kummissjoni li tipproduċi provi preċiżi u konsistenti sabiex ikollha l-konvinzjoni ċerta li l-ksur seħħ, kif ukoll tal-fatt tal-eżistenza ta’ dubju fil-ħsieb tal-qorti tal-Unjoni meta din tkun mitluba tistħarreġ id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE, jirriżulta li din għandha tkun għall-benefiċċju tal-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur, li l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza ma jostakolax li r-responsabbiltà ta’ persuna akkużata bi ksur partikolari għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni tkun stabbilita abbażi ta’ proċeduri li jseħħu totalment skont il-metodi preskritti mid-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 81 KE, tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 KE u 82 KE u fil-kuntest li fih id-drittijiet tad-difiża setgħu b’hekk ikunu totalment eżerċitati.

F’kull każ, id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza ma jipprekludix, bħala prinċipju, li sanzjonijiet ta’ natura kriminali adottati minn korp amministrattiv jistgħu jiġu implementati qabel ma jsiru finali, skont proċedimenti ta’ appell quddiem qorti, dment li tali implementazzjoni taqa’ f’limiti raġonevoli li jipprovdu ekwilibriju tajjeb bejn l-interessi involuti u li d-destinatarja tas-sanzjoni tkun tista’ terġa’ titpoġġa fis-sitwazzjoni inizjali tagħha f’każ li r-rikors tagħha jintlaqa’.

(ara l-punti 97, 100-102, 104)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 116-120, 124)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 144-151)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 206-212, 232, 240)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 213, 215-218, 243)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 213-218, 243)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 266-277)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 280-282)

11.    Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, peress li żewġ sussidjarji huma miżmuma direttament jew indirettament 100 %, jew kważi 100 %, mill-istess kumpannija parent, jista’ jiġi kkunsidrat il-ksur preċedenti mwettaq minn waħda mis-sussidjarji tal-grupp sabiex tiġi stabbilita ċ-ċirkustanza aggravanti ta’ reċidiva fir-rigward ta’ sussidjarja oħra ta’ dan il-grupp.

Madankollu, l-aġir ta’ ksur ta’ tali sussidjarja, li hija 100 % jew kważi 100 % tal-kumpannija parent tagħha, ma jistax jiġi attribwit lil din tal-aħħar u l-Kummissjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tikkunsidra lill-kumpannija parent bħala responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha sakemm il-kumpannija parent ma taqlibx il-preżunzjoni konfutabbli ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja.

B’hekk jirriżulta li l-Kummissjoni, fi proċedura tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, ma tistax tikkuntenta ruħha li tikkonstata li impriża “setgħet” teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ impriża oħra, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tivverifika jekk din l-influwenza ġietx effettivament eżerċitata. Bil-kontra, bħala prinċipju, hija l-Kummissjoni li għandha turi tali influwenza determinanti fuq il-bażi tal-elementi fattwali kollha, fosthom, l-eventwali poter ta’ direzzjoni ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji fuq oħra.

Barra minn hekk, għall-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 81(1) KE, huwa neċessarju li tiġi identifikata entità li għandha personalità ġuridika li tkun destinatarja tal-att. B’hekk, meta l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni hija stabbilita, għandha tiġi ddeterminata l-persuna fiżika jew morali li kienet responsabbli mill-operat tal-impriża fil-mument meta twettaq il-ksur sabiex din twieġeb għaliha. B’hekk, meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont din id-dispożizzjoni, hija għandha tidentifika l-persuna jew il-persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, li jistgħu jinżammu responsabbli għall-aġir tal-impriża inkwistjoni u li jistgħu jiġu ppenalizzati f’dan ir-rigward, u li lilhom hija indirizzata d-deċiżjoni.

Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li l-kapital azzjonarju ta’ żewġ kumpanniji kummerċjali distinti jappartjeni lill-istess persuna jew lill-istess familja ma hijiex suffiċjenti, fiha nnifisha, sabiex tistabbilixxi l-eżistenza, bejn dawn iż-żewġ kumpanniji, ta’ unità ekonomika li għandha bħala konsegwenza, skont id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, li l-aġir ta’ wieħed jista’ jiġi attribwit lill-ieħor u li wieħed jista’ jintalab iħallas il-multa għall-ieħor.

Għalhekk, ma jkunx ammess li l-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li, fil-kuntest tal-istabbiliment taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva fir-rigward ta’ sussidjarja u tal-kumpannija parent tagħha, li dawn jistgħu jiġu miżmuma responsabbli ta’ ksur preċedenti, li għalihom huma ma ġewx ippenalizzati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni, u fil-kuntest tal-istabbiliment li fih huma ma kinux destinatarji ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, b’mod li huma ma kinux tpoġġew f’pożizzjoni li jippreżentaw l-argumenti tagħhom għall-finijiet li jikkontestaw, fir-rigward tagħhom, l-eżistenza eventwali ta’ unità ekonomika ma’ kumpannija destinatarja jew oħra tad-deċiżjoni preċedenti.

(ara l-punti 309-314)

12.    Ma jkunx ammess li l-Kummissjoni tista’ tikkunsidra, fil-kuntest tal-istabbiliment taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva, li impriża għandha tinżamm responsabbli ta’ ksur preċedenti, li għalih hija ma ġietx ippenalizzata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni, li fir-rigward tagħha hija ma kinitx destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, b’mod li tali impriża ma kinitx f’pożizzjoni, fil-proċeduri li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata l-ksur preċedenti, li tippreżenta l-argumenti tagħha għall-finijiet li tikkontesta, għal dak li jirrigwardaha, l-eżistenza eventwali ta’ unità ekonomika ma’ impriżi oħra.

Tali konklużjoni iktar isseħħ jekk, ċertament, il-prinċipju tal-proporzjonalità jeħtieġ li ż-żmien li għadda bejn il-ksur inkwistjoni u l-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni jkun ikkunsidrat fl-evalwazzjoni tar-rieda tal-impriża li tevita dawn ir-regoli, il-Kummissjoni ma tkunx marbuta b’terminu eventwali ta’ preskrizzjoni għal konstatazzjoni ta’ reċidiva.

Fil-fatt, jekk, ċertament, huwa raġonevolment permess li jiġi kkunsidrat li kumpannija parent tkun taf dwar deċiżjoni preċedenti li l-Kummissjoni indirizzat lis-sussidjarja tagħha, li tagħha hija għandha kważi l-kapital kollu, tali għarfien ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqas ta’ konstatazzjoni, fid-deċiżjoni preċedenti, ta’ unità ekonomika bejn tali kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, sabiex tiġi attribwita lill-imsemmija kumpannija parent ir-responsabbiltà tal-ksur preċedenti u jkun hemm żieda tal-ammont tal-multi li ġew imposti fuqhom minħabba r-reċidiva.

(ara l-punti 318-320, 328)

13.    Fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-konstatazzjoni u l-evalwazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ reċidiva jifformaw parti mis-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-istabbiliment tal-ammont ta’ multa, u li l-Kummissjoni ma tkunx marbuta minn eventwali terminu ta’ preskrizzjoni għal tali konstatazzjoni.

B’hekk, ir-reċidiva tikkostitwixxi element importanti li l-Kummissjoni hija mistennija li tevalwa, peress li t-teħid inkunsiderazzjoni tagħha huwa intiż sabiex l-impriżi li jkunu wrew inklinazzjoni li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni, jiġu mħeġġa jbiddlu l-aġir tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ f’kull każ, tikkunsidra l-indizji li jistgħu jwasslu għall-konferma ta’ tali tendenza, inkluż, pereżempju, iż-żmien li jkun għadda bejn il-każijiet ta’ ksur inkwistjoni.

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jirrikjedi li ż-żmien li jgħaddi bejn il-ksur inkwistjoni u l-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni jitqies meta tiġi evalwata t-tendenza tal-impriża li tikser dawn ir-regoli. Fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat fuq l-atti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-qorti tal-Unjoni tista’, għalhekk, tintalab tivverifika jekk il-Kummissjoni osservatx l-imsemmi prinċipju meta żiedet, minħabba r-reċidiva, il-multa imposta, u, b’mod partikolari, jekk tali żieda ġietx imposta b’mod partikolari minħabba ż-żmien li għadda bejn il-ksur inkwistjoni u l-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni.

F’dan il-kuntest, il-passaġġ ta’ terminu ta’ ċirka tlettax-il sena u tmien xhur, bejn l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni minn grupp ta’ kumpanniji, u li timponi multa fuq kumpanniji ta’ dan il-grupp, u l-mument meta beda l-ksur imwettaq mill-kumpanniji tal-istess grupp u ssanzjonat fil-kuntest ta’ proċedura ġdida, ma jipprekludix li l-Kummissjoni tista’ tikkonstata, mingħajr ma tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità, li l-impriżi mwaqqfa mid-destinatarji tad-deċiżjoni tagħha kellhom tendenza li jevitaw ir-regoli tal-kompetizzjoni dment li huwa inkwistjoni l-istess qasam ta’ attivitajiet bħal dak li jaqgħu fih is-sussidjarji tal-grupp destinatarji tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li, barra minn hekk, l-akkordju previst mid-deċiżjoni preċedenti għandu karatteristiċi simili ħafna għal dak li ġie ppenalizzat fid-deċiżjoni l-ġdida.

(ara l-punti 326-328, 330, 332-334, 485)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 353, 354, 357, 358, 390)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 368-372)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 378, 380, 381)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 385-387)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 402-410)

19.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 415-417, 420, 421, 424)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 449-454)

21.    Fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u l-impożizzjoni ta’ multa fejn iż-żieda ta’ 60 % tal-ammont bażiku tal-multa minħabba r-reċidiva kienet ġustifikata fir-rigward taż-żewġ deċiżjonijiet preċedenti kkunsidrati tal-Kummissjoni li jikkonstataw ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni filwaqt li waħda biss minn dawn id-deċiżjonijiet tista’ tiġi meqjusa għall-finijiet li tiġi stabbilita r-reċidiva u li, barra minn hekk, din id-deċiżjoni kienet l-iktar ’il bogħod fiż-żmien minn meta beda l-ksur previst mid-deċiżjoni li tikkonstata r-reċidiva, ir-repetizzjoni tal-aġir ta’ ksur tal-impriżi kkonċernati hija inqas serja minn dik li ġie inizzjalment ikkunsidrat. B’hekk, huwa ġustifikat li jitnaqqas bin-nofs, il-perċentwal ta’din iż-żieda.

(ara l-punti 461, 485, 486)

22.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 491, 492)

23.    Ksur, minn qorti tal-Unjoni, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li tiddeċiedi l-kawżi mressqa quddiemha f’terminu raġonevoli għandu jiġi ssanzjonat permezz ta’ rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, tali rikors jammonta għal rimedju effettiv u ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jintalab u jiġi ssanzjonat tali ksur.

Rikors li għandu bħala għan biss l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, jew sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa, fl-ebda każ ma jkun assimilat ma’ rikors għad-danni, u b’jekk ma jammontax għal qafas xieraq għall-finijiet li jissanzjona ksur eventwali minn Qorti tal-Unjoni tal-obbligu tagħha li tiddeċiedi f’terminu raġonevoli.

(ara l-punti 495, 496)

24.    Bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kull persuna għandha min-naħa l-oħra d-dritt li l-kawża tagħha tinstema’ quddiem qorti indipendenti u imparzjali. Din il-garanzija, li tifforma parti mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, hija wkoll inkluża fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-garanzija ta’ imparzjalità tkopri żewġ aspetti. Fl-ewwel lok, il-qorti għandha tkun suġġettivament imparzjali, jiġifieri li ebda wieħed mill-membri tagħha ma għandu juri li qed ixaqleb lejn jew jieħu pożizzjoni fuq bażi personali, peress li l-imparzjalità personali hija preżunta sakemm tingħata prova kuntrarja. Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti għandha tkun oġġettivament imparzjali, jiġifieri li għandha toffri garanziji suffiċjenti sabiex teskludi f’dan ir-rigward kull dubju leġittimu.

Fil-każ fejn, billi tqajjem ilment ibbażat fuq tul eċċessiv tal-proċedura ġudizzjarja f’kawża, ir-rikorrenti tistieden lill-Awla tal-Qorti Ġenerali li tkun qed tittratta din il-kawża li tevalwa jekk hija stess wettqet irregolarità proċedurali meta akkumulat dewmien inġustifikat fit-trattament ta’ din, din il-formazzjoni, ma tistax, f’kull każ, toffri lil din ir-rikorrenti garanziji suffiċjenti sabiex teskludi kull dubju leġittimi fir-rigward tal-fatt li hija teżamina l-ilment ibbażat fuq terminu eċċessiv tal-proċedura ġudizzjarja b’mod imparzjali.

(ara l-punti 497-500)