Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – UD vs XB

(Kawża C-393/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UD

Konvenut: XB

Domandi preliminari

Il-preżenza fiżika ta’ wild fi Stat tikkostitwixxi element essenzjali tar-residenza abitwali fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003 1 ?

F’sitwazzjoni fejn iż-żewġ ġenituri għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-fatt li l-omm ġiet imqarrqa sabiex tmur fi Stat ieħor u sussegwentement inżammet illegalment hemmhekk mill-missier, permezz ta’ koerċizzjoni jew permezz ta’ kwalunkwe att illegali ieħor, sabiex b’hekk l-omm tkun imgiegħla twelled tarbija f’dan l-Istat, jaffettwa jew le r-risposta għall-ewwel domanda f’ċirkustanzi li fihom seta’ kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-omm u/jew tal-wild, skont l-Artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).