Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

(Kawża C-174/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 39 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li s-sistema fiskali Belġjana, fl-Artikolu 155 taċ-CIR/92, irrispettivamet minn jekk iċ-Ċirkulari Nru Ci.RH.331/575.420 tat-12 ta’ Marzu 2008 tiġix applikata jew le, ikollha bħala konsegwenza li l-pensjonijiet Lussemburgiżi tar-rikorrent, eżenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tal-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jiġu inklużi fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, iservu bħala bażi għall-għoti ta’ vantaġġi fiskali stabbiliti miċ-CIR/92 filwaqt li dawn ma għandhomx ikunu inklużi, minħabba l-eżenzjoni totali tagħhom mixtieqa mill-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja u li l-benefiċċji tagħhom, bħal dawk tal-eżenzjoni ta’ porzjon mit-taxxa, ta’ tfaddil fit-tul, ta’ spejjeż imħallsa b’titoli ta’ servizzi, bil-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija f’abitazzjoni, ta’ sigurtà fl-abitazzjonijiet kontra s-serq jew in-nirien, u donazzjonajiet ta’ karità mir-rikorrent, parzjament jintilfu, jitnaqqsu jew jingħataw f’livell inqas milli kieku r-rikorrenti kellhom it-tnejn li huma dħul mill-Belġju li, għal dak li jirrigwardah, huwa taxxabbli fil-Belġju u ma huwiex eżenti u jista’, għaldaqstant, jassorbi l-vantaġġi fiskali kollha kemm huma?

____________