Language of document : ECLI:EU:T:2018:52





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-’ Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vsECHA

(Kawża T-477/15)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Kriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.      Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Preżentata ta’ rikors wieħed u uniku minn żewġ rikorrenti –Ammissibbiltà tar-rikors ta’ wieħed mir-rikorrenti – Neċessità li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tat-tieni rikorrent – Assenza

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 22)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu li l-awtorità kontraenti tikkomunika, fuq talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent magħżul – Obbligu li jiġi provdut sunt idettaljat tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull dettall tal-offerta miċħuda abbażi tal-evalwazzjoni tagħha jew analiżi komparattiva fid-dettall tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent eliminat – Assenza

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 966/2012, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 149(3), u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161(3))

(ara l-punti 34-37)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 966/2012)

(ara l-punti 47, 126)

4.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza – Portata

(ara l-punti 124, 125)

5.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Setgħa li l-awtorità kontraenti tistruttura x-xogħol tagħha ta’ eżami u ta’ analiżi tal-offerti ppreżentati mingħajr ma tibdel il-kriterji ta’ għoti tal-kuntratt tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt  – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 110(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 149(1), (2) U (3))

(ara l-punt 130)

6.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Kriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Kriterji li għandhom jiġu fformultati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew fl-avviż ta’ kuntratt – Elementi ta’ evalwazzjoni marbuta ma dawn il-kriterji

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 159)

(ara l-punt 131)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet, ikkomunikati lir-rikorrenti b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħhom l-ECHA ċaħdet l-offerta tal-konsorzju European Dynamics għall-attribuzzjoni tal-Kuntratt ECHA/2014/86, dwar il-provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA, u tat dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).