Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di appello di Napoli (l-Italja) fl-14 ta’ Ġunju 2018 – I.G.I. Srl vs Maria Grazia Cicenia et

(Kawża C-394/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di appello di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.G.I. Srl

Konvenuti: Maria Grazia Cicenia, Mario Di Pierro, Salvatore de Vito, Antonio Raffaele

Domandi preliminari

Il-kredituri tal-kumpannija diviża, li l-interessi ta’ kreditu taghhom huma preċedenti d-diviżjoni, li ma użawx ir-rimedju li jressqu oppożizzjoni skont l-Artikolu 2503 tal-codice civile (il-Kodiċi Ċivili) (u għaldaqstant l-istrument ta’ protezzjoni introdott għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva [82/891/KEE]) 1 , jistgħu jużaw l-azzjoni revokatorja skont l-Artikolu 2901 tal-codice civile wara li tkun ġiet implimentata d-diviżjoni, sabiex din tal-aħħar tiġi ddikjarata ineffettiva fil-konfront tagħhom, u, għaldaqstant, li jkollhom preċedenza fl-azzjoni ta’ eżekuzzjoni fuq il-kredituri tal-kumpanniji benefiċjarji kif ukoll li jkollhom pożizzjoni ta’ preċedenza fuq l-azzjonisti ta’ dawn tal-aħħar?

Il-kunċett ta’ nullità, li huwa previst fl-Artikolu 19 tad-direttiva, jirreferi biss għall-azzjonijiet li jaffettwaw il-validità tal-att ta’ diviżjoni jew anki dawk li, għalkemm ma jaffettwawx il-validità tiegħu, jiddeterminaw il-fatt li jkun ineffikaċi b’mod relattiv jew li ma jkunx infurzabbli?

____________

1 Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 50)