Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-4 ta’ Lulju 2018 – Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-438/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

L-Artikolu 23(1)(c) tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta’ Persuni Ġuridiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-2013, u l-Artikolu 23(1) u (2)(c) tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta’ Persuni Ġuridiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-2014, interpretati fis-sens li, wara l-imsemmija amalgamazzjoni inversa, l-interessi fuq kuntratti ta’ self ma’ terzi (li kienu jistgħu jitnaqqsu mill-kumpannija akkwistata kieku ma kienx hemm amalgamazzjoni) sabiex jiġi akkwistat il-kapital tas-sussidjarja akkwistata, ittrasferiti bħala riżultat tal-amalgamazzjoni, ma jistgħux iktar jitnaqqsu, għall-finjiet tat-taxxa, mill-profitti tal-kumpannija akkwirenti, huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li din il-projbizzjoni tat-tnaqqis tal-interessi tista’ tikkostitwixxi ostakolu jew restrizzjoni għat-tranżazzjonijiet ta’ amalgamazzjoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KEE 1 tad-19 ta’ Ottubru 2009, bi ksur tal-prinċipji u l-għanijiet tagħha kif ukoll tal-Artikolu 4 tagħha?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li din il-projbizzjoni tat-tnaqqis tal-interessi għall-finijiet ta’ taxxa hija kompatibbli mad-direttiva, ir-risposta tkun l-istess fil-każ li r-rettifika inkwistjoni ma saritx abbażi tad-dispożizzjoni kontra l-abbużi tad-direttiva (Artikolu 15) jew tal-liġi nazzjonali li tittrasponiha (Artikolu 73(10) tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta’ Persuni Ġuridiċi), iżda ta’ dispożizzjoni oħra tal-liġi nazzjonali (Artikolu 23 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta’ Persuni Ġuridiċi)?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri

ĠU 2009 L 310, p. 34.